MT | EN

Knisja Evangelika Trinita

DħulDwarnaRiżorsi e-BooksLaqgħat

e-BOOKS

Nistiednek tniżżel kopja b'xejn ta' dawn il-kotba elettroniċi. Konvint li ssibhom interessanti u ta' benefiċċju spiritwali għalik. Tista' tagħti wkoll kopji lil ħbiebek. Ikklikkja it-titlu tal-ktieb biex tniżżlu.

Il-Mulej Ġesù
Opportunità biex tiskopri mill-Iskrittura l-glorja divina u s-sbuħija ta' Ġesù Kristu, sabiex temmen fih għall-ħajja ta’ dejjem, tgawdih u tagħtih il-qima li tant tixraqlu.

It-Trinità Mqaddsa
Nemmnu f'Alla wieħed, il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, kif tgħallem l-Iskrittura.

Il-Fidi Evanġelika
Sommarju tad-dottrini ewlenin tal-fidi evanġelika, fuq Alla, il-bniedem u l-fidwa.

Fuqhom Żernaq id-Dawl
Nistaqsi. Naqra. Nemmen. Vjaġġ spiritwali ta' Kattoliku sinċier.

Kun Ħanin Miegħi
Il-Mulej Ġesù jwieġeb l-aktar mistoqsija importanti: Kif nista' nkun sewwa m'Alla?

Tikka u Maħbuba
Jien nirrispetta kull bniedem, mill-konċepiment sal-mewt, għax hu maħluq fuq ix-xbieha t'Alla. Għalhekk nagħżel il-ħajja.

Il-Fidi u t-Tbatija
Infittxu 'l Alla fit-tbatijiet u l-mard tagħna, biex jgħallimna, ifejjaqna u jagħtina tama.

Riflessjonijiet fuq il-Missierna
It-talba li għallimna Sidna Ġesù, "Il-Missierna", hi mudell għalina biex nitolbu skont ir-rieda t'Alla.

Il-Kristjan u l-Afflizzjoni
Gwida u kuraġġ għall-Kristjan meta jkun għaddej minn żmien ta' pressjoni enormi tant li jħossu jaqta' qalbu.

Ara Ma Ttajjarx Sebgħek
M'intix aċċident bioloġiku; int maħluq bi skop ... dan il-ktejjeb jurik kif tilħaq l-għan tiegħek fi ħbiberija m'Alla, il-Ħallieq tiegħek.

Stejqien - Gwida għat-Talb
Imqassam f'ġimgħat sabiex tiffokata fuq grupp ta’ nies differenti li għalih trid titlob, tibda’ minnek u mill-familja tiegħek, u titwessa’ għall-komunitajiet akbar.

knisjaevangelika@gmail.com

  Trinity Evangelical Church - Facebook