KELMTEK HI S-SEWWA. GWANN 17:17.
Izda Hu [Gesu’] wiegeb u qal: Hu miktub: il-bniedem ma jghix biss bil-hobz, izda b’kull kelma li tohrog minn fomm Alla. Mattew 4:4.
Qallu Gesu’: Targa’ hu miktub: La ggarrabx lill-Mulej Alla tieghek. Mattew 4:7.
Qallu mbaghad Gesu’: Itlaq ‘il hemm, Satana; ghax hu miktub: Aghti qima lill-Mulej Alla tieghek, u lilu biss aqdi. Mattew 4:10.
Wiegeb Gesu’, qalilhom: Mhux ghalhekk tizbaljaw, ghax la tafu l-Iskrittura, u lanqas is-setgha t’Alla? Mark 12:24.
Deherli li hu sewwa ghalija wkoll, billi gharbilt kollox bir-reqqa minn ras il-ghajn, illi niktiblek haga wara l-ohra, o wisq eccellenti Teofilu. Luqa 1:3.
Meta mela qam mill-imwiet, id-dixxipli tieghu ftakru li kien qalilhom dan; u emmnu l-Iskrittura, u l-kliem li kien qal Gesu’. Gwann 2:22.
Min jemmen fija [Gesu’], kif qalet l-Iskrittura, johrog minn gewwa fih xmajjar ta’ ilma haj. Gwann 7:38.
Min iwarrabni, u ma jilqax Kliemi [ta’ Gesu’], ghandu wiehed li jaghmel haqq minnu: il-Kliem li jiena ghidt, dan jaghmel haqq minnu fl-ahhar jum. Gwann 12:48.
Qaddishom fis-sewwa tieghek: Kelmtek hi s-sewwa. Gwann 17:17.
Jien ghamilt l-ewwel kitba, o Teofilu, fuq kulma beda sew jaghmel, u kemm ighallem Gesu’. Atti 1:1.
Dawn kienu aktar generuzi minn dawk ta’ Tessalonika, billi laqghu l-kelma bil-hegga kollha, u fittxu kuljum fl-Iskrittura, jekk dawk il-hwejjeg kinux hekk. Atti 17:11.
FITTXU KULJUM FL-ISKRITTURA. ATTI 17:11.
Ghax fih [l-Evangelju ta’ Kristu] jidher il-haqq t’Alla minn fidi ghal fidi: bhalma hu miktub: Il-gust ighix bil-fidi. Rumani 1:17.
Kif inhu miktub: Ara, inqieghed f’Sijon Gebla ta’ tfixkil u Blata ta’ tigrif: u kull min jemmen fih [Kristu] m’ghandux mniex jisthi. Rumani 9:33.
Ghax l-Iskrittura tghid: Kull min jemmen fih [Gesu’] ma jirghox bil-misthija. Rumani 10:11.
U kif ixandru, jekk ma jkunux mibghutin? Kif inhu miktub: Kemm huma sbieh ir-riglejn ta’ dawk li jxandru l-Evangelju tas-sliem, u jgibu l-Bxara t-Tajba fuq hwejjeg tajba! Rumani 10:15.
Il-fidi mela tigi bis-smigh; u s-smigh bil-Kelma t’Alla. Rumani 10:17.
Ghax kull haga li nkitbet minn qabel, inkitbet ghat-taghlim taghna, biex bis-sabar u l-farag ta’ l-Iskrittura jkollna t-tama. Rumani 15:4.
U dawn il-hwejjeg, huti, jien qieghed nghidhom f’tixbiha ghalija u ghal Apollos minhabba fikom; biex titghallmu fina li ma tahsbux fil-bnedmin aktar milli hu miktub, biex hadd minnkom ma jitkabbar ghal wiehed kontra l-iehor. 1 Korintin 4:6.
Ghax ahna ma niktbulkomx hwejjeg ohra, hlief dak li tistghu taqraw jew tifhmu; u nittama li tifhmu ghall-ahhar. 2 Korintin 1:13.
Imma l-Iskrittura ghalqet kollox taht id-dnub, biex il-weghda, bil-fidi f’Gesu’ Kristu, tkun tista’ tinghata lil dawk li jemmnu. Galatin 3:22.
U meta tinqara minnkom din l-Epistola, qisu li tinqara fil-knisja tal-Laodikin ukoll; u li intom ukoll taqraw l-Epistola ta’ Laodikija. Kolossin 4:16.
Nitlobkom bil-Mulej li din l-Epistola tinqara lill-ahwa qaddisin kollha. 1 Tessalonkin 5:27.
HAJJA HI L-KELMA T’ALLA. LHUD 4:12.
U jekk xi bniedem ma jismax minn kliemna b’din l-Epistola, araw min hu dan il-bniedem, u la taghmluhiex mieghu, biex jisthi. 2 Tessalonkin 3:14.
Ghax sa minn tfulitek ilek taf l-Iskrittura Mqaddsa, li tista’ taghmlek gharef ghas-salvazzjoni permezz tal-fidi, li hi fi Kristu Gesu’. L-Iskrittura kollha hi moghtija b’ispirazzjoni minn Alla, u tiswa ghat-taghlim, ghac-canfir, ghat-twiddib, ghat-tahrig fil-haqq. 2 Timotju 3:15-16.
Ghax hajja hi l-Kelma t’Alla, u qawwija. Lhud 4:12.
Billi twelidtu mill-gdid, minn nisel mhux li jithassar, imma li ma jithassarx, permezz tal-Kelma t’Alla hajja, u li tibqa’ ghal dejjem. 1 Pietru 1:23.
Imma Kelmet il-Mulej iddum ghal dejjem. U din hi l-Kelma li bl-Evangelju hi mxandra lilkom.1 Pietru 1:25.
Mahbubin din hi t-tieni ittra li qieghed niktbilkom, u fit-tnejn qieghed inqajjem id-dehen sincier taghkom b’tifkira. 2 Pietru 3:1.
U dawn il-hwejjeg qeghdin niktbulkom, biex il-ferh taghkom ikun shih. 1 Gwann 1:4.
Mahbubin, meta kelli herqa kbira li niktbilkom fuq is-salvazzjoni taghna lkoll, kien mehtieg ghalija li niktbilkom, u nitlobkom li tissieltu bil-hegga ghall-fidi moghtija lill-qaddisin darba. Guda 1:3.
Imbierek min jaqra, u dawk li jisimghu l-kliem ta’ dil-profezija, u jharsu dawk il-hwejjeg li huma miktubin fiha: ghax iz-zmien hu qrib. Ir-Rivelazzjoni 1:3 [bil-Grieg Apokalissi].
Ighid [Gesu’ Kristu]: Jiena hu l-Alfa u l-Omega, l-ewwel u l-ahhar: u, Dak li tara, iktbu fi Ktieb, u ibghatu lis-seba’ knejjes li hemm fl-Asja; f’Efesus, u fi Smirni, u f’Pergamos, u f’Tjatira, u f’Sardis, u f’Filadelfja, u f’Laodikija. r-Rivelazzjoni 1:11.
IMBIEREK MIN JAQRA. IR-RIVELAZZJONI 1:3.
Ikteb dak li rajt, u l-hwejjeg li huma, u l-hwejjeg li ghandhom jigru wara dan. Ir-Rivelazzjoni 1:19.
Ara, dalwaqt nigi [Gesu’]: imbierek hu min ihares il-kliem tal-profezija ta’ dal-Ktieb. Ir-Rivelazzjoni 22:7.
Ghax Jien [Gesu’] nixhed lil kull bniedem li jisma’ l-kliem tal-profezija ta’ dal-Ktieb: jekk xi hadd izid ma’ dawn il-hwejjeg, izidlu Alla l-kastigi li huma miktubin f’dal-Ktieb. U jekk xi hadd inehhi mill-kliem tal-Ktieb ta’ din il-profezija, Alla jnehhilu sehmu mill-Ktieb tal-hajja, u mill-belt il-qaddisa, u mill-hwejjeg li huma miktubin f’dal-Ktieb. Ir-Rivelazzjoni 22:18-19.
Miktub minn Renald Williams