MEDJATUR WIEHED… KRISTU GESU’
1 TIMOTJU 2:5


Bl-isem ta’ Gesu’ Kristu… U lanqas f’hadd iehor mhemm salvazzjoni: ghax mhemm ebda isem iehor taht is-sema moghti fost il-bnedmin, li bih nistghu nkunu salvati. Atti 4:12.

Kristu… jidhol ukoll ghalina. Rumani 8:34.

Gesu’… Hu dejjem haj biex jidhol ghalihom. Lhud 7:25.

Ghandna bhala avukat lil Gesu’ Kristu l-gust. 1 Gwann 2:1.

Medjatur wiehed… Kristu Gesu’. 1 Timotju 2:5.

Gesu’… Hu l-medjatur ta’ Rabta Ahjar. Lhud 8:6.

Kristu… Hu l-medjatur tar-Rabta l-Gdida. Lhud 9:15.

Gesu’ l-medjatur ta’ Rabta Gdida. Lhud 12:24.

Min minnkom isibni [lil Gesu’] hati ta’ xi dnub? Gwann 8:46.

Kristu… ma gharaf ebda dnub. 2 Korintin 5:21.

Gesu’… kien imgarrab f’kollox bhalna, izda bla dnub. Lhud 4:15.

Gesu’… Hu qaddis, bla htija, bla ghajb, mifrud mill-midinbin. Lhud 7:26.

Kristu, bhala haruf bla ghajb u bla tebgha. 1 Pietru 1:19.

Kristu… Hu li ma ghamel l-ebda dnub, u li ma nstab ebda qerq f’fommu. 1 Pietru 2:22.

Kristu… Hu deher biex inehhi dnubietna; u li m’hemm ebda dnub fih. 1 Gwann 3:5.

MA NXANDRUX LILNA NFUSNA, IMMA ‘L KRISTU GESU’ MULEJ.
 2 KORINTIN 4:5.

Gesu’… qal: Dak li johrog mill-bniedem, dak inigges il-bniedem. Ghax minn gewwa, mill-qalb tal-bnedmin, johorgu l-hsibijiet hziena, l-adulterji, iz-zena, Is-serq,

ix-xehha, il-hzunija, il-qerq, il-hajja bla razan, il-ghajn hazina, id-dagha, il-kburija, il-bluha. Dawn il-hwejjeg hziena kollha jigu minn gewwa, u jniggsu l-bniedem. Mark 7:20-23.

Gesu’… qalilhom: Min fostkom hu bla dnub, jixhtilha gebla l-ewwel wiehed. Gwann 8:7.

Iva, ha jkun Alla, Alla tas-sewwa, izda kull bniedem giddieb; kif inhu miktub. Rumani 3:4.

Huma kollha taht id-dnub; Kif inhu miktub: M’hemm hadd tajjeb, le, lanqas wiehed: Mhemm hadd li jifhem; mhemm hadd li jfittex ‘l Alla. Ilkoll hargu mit-triq, kollha kemm huma ma jiswewx; hadd m’hemm li jaghmel is-sewwa, le, lanqas wiehed. Rumani 3:9-12.

Ghax m’hemmx ghazla: Ghax kollha dinbu, u neqsin mill-glorja t’Alla. Rumani 3:23.

Il-mewt ghaddiet ghal fuq kull bniedem, ghax kollha dinbu. Rumani 5:12.

Ghax ahna ma nxandrux lilna nfusna, imma ‘l Kristu Gesu’ Mulej. 2 Korintin 4:5.

Kull bniedem hu mgarrab… mill-passjoni tieghu nnifsu. Gakbu 1:14.

Jekk nghidu li m’ghandna l-ebda dnub, ahna nqarrqu bina nfusna, u s-sewwa mhux fina. 1 Gwann 1:8.

Jekk nghidu li ma dnibniex, nohorguh ta’ giddieb [lil Gesu’], u l-Kelma tieghu mhix fina. 1 Gwann 1:10.

XANDRU L-EVANGELJU LIL KULL MAHLUQ. MARK 16:15.

U qalilhom [Gesu’]: Morru fid-dinja kollha, u xandru l-Evangelju lil kull mahluq. Mark 16:15.

Ghax jien ma nisthix mill-Evangelju ta’ Kristu: ghax hu l-qawwa t’Alla ghas-salvazzjoni ta’ kull min jemmen. Rumani 1:16.

Nistaghgeb kif hekk malajr tbeghidtu minn dak li sejhilkhom fil-grazzja ta’ Kristu ghall-evangelju iehor: Mhux ghax hemm iehor; imma hemm x’uhud li qeghdin ihabbtukom, u jridu jaqilbu l-Evangelju ta’ Kristu. Izda kemm jekk ahna, jew anglu mis-sema, ixandrilkom evangelju iehor barra minn dak li xandarnielkom ahna, ha jkun mishut. Galatin 1:6-8.

Kristu, Li fih intom fdajtu, wara li smajtu l-Kelma tas-sewwa, l-Evangelju tas-salvazzjoni taghkom. Efesin 1:13.

Mbierek hu l-bniedem, li Alla jghoddlu l-haqq minghajr opri. Rumani 4:6.

U jekk bi grazzja, mhux izjed bl-opri; inkella l-grazzja mhix aktar grazzja. Izda jekk bl-opri, mhux izjed bi grazzja; inkella l-opri mhumiex aktar opri. Rumani 11:6.

Billi nafu li l-bniedem mhux iggustifikat bl-opri tal-ligi, imma bil-fidi ta’ Gesu’ Kristu, ahna wkoll emminna f’Gesu’ Kristu, biex inkunu iggustifikati bil-fidi ta’ Kristu, u mhux bl-opri tal-ligi: ghax bl-opri tal-ligi hadd ma jkun iggustifikat. Galatin 2:16.

Ghax bil-grazzja intom salvati, permezz tal-fidi: u dan mhux minkom infuskom: dan hu don t’Alla: Mhux mill-opri, biex hadd ma jiftahar. Ghax ahna xoghol tieghu, mahluqin fi Kristu Gesu’ ghall-opri tajba, li Alla hejja minn qabel biex nimxu fihom. Efesin 2:8-10.

L-Evangelju skond il-qawwa t’Alla; Li salvana, u sejhilna b’sejha qaddisa, mhux skond l-opri taghna, izda skond il-ghan tieghu, u l-grazzja tieghu. 2 Timotju 1:8-9.

PERMEZZ TAL-FIDI. RUMANI 3:25.

Imma wara dan dehret it-tjieba u l-imhabba t’Alla s-Salvatur taghna lejn il-bniedem, Mhux bl-opri tajba li konna ghamilna, izda skond il-hniena tieghu salvana.

Titus 3:4-5.

Marija qalet: Ruhi tkabbar il-Mulej, U l-ispirtu tieghi jithenna f’Alla s-Salvatur tieghi. Luqa 1:46-47.

Il-Mulej… is-salvazzjoni lill-poplu tieghu bil-mahfra ta’ dnubiethom. Luqa 1:77.

Gesu’… Salvatur, biex jaghti… l-indiema, u l-mahfra tad-dnubiet. Atti 5:31.

Din kelma vera, u ta’ min jilqaghha ghalkollox: Kristu Gesu’ gie fid-dinja biex isalva l-midinbin; li fosthom jien l-ewwel wiehed. 1 Timotju 1:15.

Gesu’ Kristu… fih ghandna l-fidwa… il-mahfra tad-dnubiet. Efesin 1:7.

Il-Mulej… fih ghandna l-fidwa… l-mahfra wkoll tad-dnubiet. Kolossin 1:14.

Dak li jemmen bih [Gesu’] mhux ikkundannat: izda min ma jemminx hu ga’ ikkundannat. Gwann 3:18.

Kristu Gesu’… ikun bhala mezz tal-mahfra ta’ dnubietna permezz tal-fidi. Rumani 3:25.

Gesu’ Kristu l-gust: Hu l-mezz tal-mahfra ta’ dnubietna. 1 Gwann 2:1-2.

Gesu’ Kristu… ikun il-mezz tal-mahfra ghal dnubietna. 1 Gwann 4:10.


Miktub minn Renald Williams