IL-FIDI KRISTJANA
U L-OPRA TAL-MAGHMUDIJA
Alla salvana bil-Grazzja u l-Hniena, permezz tal-maghmudija jew tal-fidi?
Izda ahna nemmnu li bil-grazzja tal-Mulej Gesu’ Kristu nsalvaw, bhalhom ukoll. Atti 15:11.
Ukoll meta konna mejtin fid-dnubiet, tana l-hajja flimkien ma’ Kristu, (bil-grazzja intom salvati)… Ghax bil-grazzja intom salvati, permezz tal-fidi: u dan mhux minkom infuskom: dan hu don t’Alla. Efesin 2:5, 8.
Li salvana, u sejhilna b’sejha qaddisa, mhux skond l-opri taghna, izda skond il-ghan tieghu, u l-grazzja tieghu, li kienet moghtija lilna fi Kristu Gesu’ qabel ma nholqot id-dinja. 2 Timotju 1:9.
Mhux bl-opri tajba li konna ghamilna, izda skond il-hniena tieghu salvana, bil-hasil tat-twelid mill-gdid, u t-tigdid ta’ l-Ispirtu s-Santu; Li sawwab fuqna bil-kotra b’Gesu’ Kristu s-Salvatur taghna; Biex wara li nkunu ggustifikati bil-grazzja tieghu, insiru werrieta skond it-tama tal-hajja ta’ dejjem. Titus 3:5-7.
Alla jsalvana, bil-maghmudija jew bil-fidi?
Ma baghatnix Kristu biex inghammed, izda biex inxandar l-Evangelju… ghalina, li ahna salvati, hi l-qawwa t’Alla… Ghogbu Alla jsalva lil dawk li jemmnu bil-bluha tax-xandir. 1Korintin 1:17-18, 21; Lhud 11:6.
Fih [Kristu] intom ukoll fdajtu, wara li smajtu l-Kelma tas-sewwa, l-Evangelju tas-salvazzjoni taghkom. Eefesin 1:13; 1Pietru 1:9; 1 Timotju 4:10.
l-Iskrittura Mqaddsa, li tista’ taghmlek gharef ghas-salvazzjoni permezz tal-fidi, li hi fi Kristu Gesu’. 2 Timotju 3:15.
L-Ispirtu s-Santu, jigi bil-maghmudija jew bil-fidi?
Dawk li jemmnu fih [Gesu’] jaqilghu l-mahfra ta’ dnubiethom b’ismu. Kif Pietru kien ghadu jitkellem dal-kliem, waqa’ l-Ispirtu s-Santu fuq dawk li kienu jisimghu l-Kelma… Wiegeb Pietru: Jista’ wiehed jichad l-ilma, biex ma jitghammdux dawn, li qalghu l-Ispirtu s-Santu bhalna wkoll? U ordnalhom li jitghammdu f’isem il-Mulej. Atti 10:43-44, 46-47.
Xmun, li jghidulu Pietru; Li jghidlek kliem, li bih int u darek kollha tkunu salvati. [Pietru qal:] U kif bdejt nitkellem, l-Ispirtu s-Santu waqa’ fuqhom, bhal ma waqa’ fuqna fil-bidu. Atti 11:13-15.
F’Gesu’ Kristu; biex ahna niehdu permezz tal-fidi l-weghda ta’ l-Ispirtu. Galatin 3:14, 5:5; Rumani 15:13; 2 Tessalonkin 2:13; Guda 1:20.
Li fih ukoll wara li intom emmintu, kontu ssigillati b’dak l-Ispirtu Mqaddes tal-weghda. Efesin 1:13, 3:16.
Gesu’ jghammidna, bl-ilma jew bl-Ispirtu s-Santu?
Jien [Gwann] tassew ghammidtkom bl-ilma: izda hu [Gesu’] jghammidkom bl-Ispirtu s-Santu. Mark 1:8; Mattew 3:11; Luqa 3:16; Gwann 1:33; Atti 1:5, 11:16.
[Gesu’ nnifsu ma kienx ighammed {bl-ilma}, imma d-dixxipli tieghu.] Gwann 4:2.
Min inehhilna u jehlisna minn dnubietna, l-maghmudija jew Gesu’?
Gwanni ra ‘l Gesu’ gej lejh, u qal: Ara l-Haruf t’ Alla, li jnehhi d-dnub tad-dinja. Gwann 1:29, 1 Gwann 3:5.
Gesu’; ghax hu jehles il-poplu tieghu minn dnubiethom. Mattew 1:21; 1 Timotju 1:15.
Min hu l-mezz tal-mahfra tad-dnubiet, il-maghmudija jew Gesu’?
Gesu’ Kristu l-gust: Hu l-mezz tal-mahfra ta’ dnubietna . 1 Gwann 2:1-2.
Alla… baghat ‘l Ibnu biex ikun il-mezz tal-mahfra ghal dnubietna. 1 Gwann 4:10.
Min jahfrilna dnubietna, l-maghmudija jew id-Demm ta’ Gesu’?
[Gesu’ qal]; demmi tat-Testment il-Gdid, li hu mxerred ghal hafna ghall-mahfra tad-dnubiet. Mattew 26:28; 1 Korintin 15:3; Galatin 1:4.
Fih [Gesu’ Kristu] ghandna l-fidwa permezz ta’ demmu, l-mahfra tad-dnubiet, skond il-ghana tal-grazzja tieghu. Efesin 1:7, 2:13; Kolossin 1:14.
Kif jahfrilna dnubietna Gesu’, permezz tal-maghmudija jew tal-fidi?
Kif ra l-fidi taghhom, qallu [Gesu’]: Ragel, dnubietek mahfura. Luqa 5:20; Mark 2:5; Mattew 9:2.
Qalilha [Gesu’]: Dnubietek mahfura… U qal lill-mara: il-fidi tieghek salvatek. Luqa 7:48, 50; Gwann 5:14.
Min jahsilna minn dnubietna, l-maghmudija jew l-Isem u l-Kelma t’Alla?
Imma intom mahsulin, imma intom imqaddsin, imma intom iggustifikati f’isem Sidna Gesu’, u bl-Ispirtu t’Alla taghna. 1 Korintin 6:11.
Salvana, bil-hasil tat-twelid mill-gdid, u t-tigdid ta’ l-Ispirtu s-Santu; Li sawwab fuqna bil-kotra b’Gesu’ Kristu s-salvatur taghna. Titus 3:5-6;
ir-Rivelazzjoni [bil-Grieg Apokalissi] 1:5, 7:14, 19:13.
Qum u tghammed, u ahsel dnubietek, billi ssejjah isem il-Mulej. Atti 22:16.
Alla jnaddafna permezz tal-maghmudija, jew permezz tal-fidi fid-Demm u l-Kelma t’Alla?
Kristu Gesu’; Li Alla qieghdu biex ikun bhala mezz tal-mahfra ta’ dnubietna permezz tal-fidi f’demmu. Rumani 3:24-25.
D-demm ta’ Gesu’ Kristu Ibnu jnaddafna minn kull dnub. 1 Gwann 1:7; Lhud 9:14.
[Gesu’ qal:] Intom issa ndaf minhabba l-Kelma li kellimtkom. Gwann 15:3; Lhud 1:3.
L-gentili jisimghu minn fommi l-kelma ta’ l-Evangelju, u jemmnu. U Alla, li jaghraf il-qlub, tahom xhieda, billi tahom l-Ispirtu s-Santu bhal ma ta lilna; U ma ghazel xejn bejna u bejnhom, billi naddaf qalbhom bil-fidi. Atti 15:7-9, 15:11; 1 Pietru 1:19.
Kristu habb ukoll lill-knisja, u ta lilu nnifsu ghaliha; Biex iqaddisha u jnaddafha bil-hasil ta’ l-ilma bil-Kelma. Efesin 5:25-26.
Maghmudija ghall-mahfra tad-dnubiet: tfisser li l-maghmudija tahfer id-dnubiet; jew hi xandir tal-mahfra, ghal min bil-fidi sejjah Isem il-Mulej, u gie salvat?
Dan [Gesu’]… ikun Princep u Salvatur, biex jaghti ‘l Izrael l-indiema, u l-mahfra tad-dnubiet. Atti 5:31.
Gwanni kien ighammed fid-dezert, u kien ixandar il-maghmudija ta’ l-indiema ghall-mahfra tad-dnubiet. Mark 1:4; Luqa 3:3.
Kull min isejjah isem il-Mulej isalva…
Indmu, u kull wiehed jitghammed f’isem Gesu’ Kristu ghall-mahfra tad-dnubiet, u taqilghu d-don ta’ l-Ispirtu s-Santu [d-don specjali ta’ l-Ispirtu s-Santu spicca meta tlestiet l-Iskrittura – 1Korintin 13:10, illum jigi biss b’mod normali]. Atti 2:21, 38.
Kunu afu mela, rgiel u ahwa, li permezz ta’ dal-bniedem [Gesu’], il-mahfra tad-dnubiet hi mxandra lilkom. Atti 13:38.
Biex tiftah ghajnejhom, u ddawarhom mid-dlam ghad-dawl, u mill-hakma ta’ Satana ghal Alla, biex ikollhom il-mahfra tad-dnubiet, u wirt fost dawk li huma mqaddsin bil-fidi fija [Mulej Gesu’]. Atti 26:18.
Kif insiru qaddisin, bil-maghmudija jew bil-fidi fil-Kelma t’Alla u f’Demmu?
Jipprezentakom [il-Mulej] qaddisin u bla tebgha u bla ghajb quddiemu; Jekk tkomplu fil-fidi. Kolossin 1:22-23.
Jibnu l-qdusija li tigi minghand Alla; u dan bil-fidi. 1 Timotju 1:4.
Gesu’ wkoll, biex iqaddes lill-poplu b’demmu stess. Lhud 13:12; Efesin 5:25-26.
Mahturin skond il-gharfa minn qabel t’Alla l-Missier, bit-taqdis ta’ l-Ispirtu, biex jisimghu minn Gesu’ Kristu, u jitraxxu b’demmu. 1 Pietru 1:2.
Kif ahna ggustifikati, bil-maghmudija jew bil-fidi?
Lilkom inbaghtet il-kelma ta’ din is-salvazzjoni…
Permezz ta’ dan il-bniedem [Gesu’], il-mahfra tad-dnubiet hi mxandra lilkom. U bih dawk kollha li jemmnu huma ggustifikati mill-hwejjeg kollha. Atti 13:26, 38-39.
Ggustifikahom b’xejn bil-grazzja tieghu permezz tal-fidwa li hi fi Kristu Gesu’.
Biex… jaghmel gust lil min jemmen f’Gesu… bil-ligi tal-fidi.
Il-bniedem hu ggustifikat bil-fidi. Rumani 3:24, 26-27; 4:24; 5:1, 9.
L-Iskrittura, billi gharfet min qabel li Alla jiggustifika l-pagani bil-fidi, xandret minn qabel l-Evangelju ‘l Abraham... dawk li huma tal-fidi huma mberkin ma’ Abraham li emmen… Li ebda bniedem ma hu ggustifikat bil-ligi quddiem Alla, hu car; ghax, il-gust ighix bil-fidi. Galatin 3:8-9, 11; 3:24; 2:16; Lhud 10:38.
Kif niehdu l-haqq minghand Alla, bil-maghmudija jew bil-fidi?
Il-privilegg kbir li naghraf ‘il Kristu Gesu’ Sidi… U biex ninsab fih… bil-haqq li jigi permezz tal-fidi fi Kristu: il-haqq li jigi minn Alla bil-fidi. Filippin 3:8-9;
Lhud 11:7; 1 Pietru 2:24.
Min jaghmilna wlied Alla, l-maghmudija jew il-fidi f’Alla?
Dawk kollha li laqghuh, tahom is-setgha li jsiru wlied Alla; lil dawk li jemmnu f’ismu. Li twieldu, mhux mid-demm, u lanqas mir-rieda tal-gisem, u lanqas mir-rieda tal-bniedem, izda minn Alla. Gwann 1:12-13.
Il-weghda bil-fidi f’Gesu’ Kristu, tkun tista’ tinghata lil dawk li jemmnu…
Ghax intom ilkoll ulied Alla bil-fidi fi Kristu Gesu'. Galatin 3:22, 26; Gakbu 1:18.
X’tigi l-ewwel, il-maghmudija jew il-fidi f’Alla?
Gwanni tassew ghammed bil-maghmudija ta’ l-indiema, billi qal lill-poplu, li ghandu jemmen f’dak li kellu jigi warajh, jigifieri fi Kristu Gesu’. U meta semghu dan, tghammdu f’isem il-Mulej Gesu’. Atti 19:4.
Gesu’, li hu l-bidu u t-tmiem tal-fidi taghna. Lhud 12:2.
Jekk ma temmnux li Jiena Hu, tmutu fi dnubietkom. Gwann 8:24.
Dak li ma jemminx bl-Iben ma jarax il-hajja; izda ghadab Alla jghammar fuqu. Gwann 3:36.
X’ghandu x’jaqsam min jemmen ma’ min ma jemminx? 2 Korintin 6:15.
Alla jaghmilna ahwa ma’ Kristu, wara jew qabel il-maghmudija?
[Hananija qal]: Hija Sawl, il-Mulej Gesu’… baghatni, biex tiehu d-dawl, u timtela bl-Ispirtu s-Santu… u qam, u tghammed . Atti 9:17-18.
Gie ghandi [Hananija], qaghad hdejja, u qalli: Hija Sawl, hu d-dawl… Qum, u tghammed. Atti 22:13, 16.
Kif kienu jsiru Kristjani; fl-Atti ta’ l-Appostli, bil-maghmudija jew bil-fidi?
Hafna minnhom li semghu l-kelma emmnu; u l-ghadd tar-rgiel kien madwar hamest elef. Atti 4:4.
Dawk li jemmnu kienu dejjem jizdiedu lill-Mulej, gemghat sew ta’ rgiel u nisa. Atti 5:14.
Hafna emmnu fil-Mulej. Atti 9:42.
Numru kbir emmnu, u daru lejn il-Mulej. Atti 11:21.
Il-prokonslu, meta ra dak li kien gara, emmen, mistaghgeb bit-taghlim tal-Mulej. Atti 13:12.
Emmnu dawk kollha li kienu maghzulin ghall-hajja ta’ dejjem. U l-Kelma tal-Mulej xterdet ma’ l-art kollha. Atti 13:48-49.
Emmnu kotra kbira sew ta’ Lhud u kemm ukoll ta’ Griegi. Atti 14:1.
Il-knejjes kienu msahhin fil-fidi, u zdiedu fin-numru kuljum. Atti 16:5.
Emmnu, u ssiehbu ma’ Pawlu u Silas; kif ukoll gemgha kbira ta’ Griegi devoti, u hafna nisa mill-ewlenin. Atti 17:4.
Hafna minnhom emmnu: wkoll nisa maghrufa li kienu Griegi, u rgiel, mhux ftit. Atti 17:12.
Zammew mieghu [Pawlu], u emmnu: fosthom Dijonisju l-Arejopagi, u mara jisimha Damaris, u ohrajn maghhom. Atti 17:34.
Apollos, ghen hafna lil dawk li kienu emmnu permezz tal-grazzja. Atti 18:27.
Hafna li emmnu gew… Hekk il-Kelma tal-Mulej kibret bis-shih u ssahhet. Atti 19:18, 20.
Meta nsiru qassisin; bi Kristu bhala l-Qassis il-Kbir, bil-maghmudija jew bil-fidi?
Ghandna Qassis il-Kbir hekk gholi, li dahal fis-smewwiet, Gesu’ Bin Alla, ha nzommu shih l-istqarrija tal-fidi taghna . Lhud 4:14, 2:17.
Ahsbu fuq l-Appostlu u l-Qassis il-Kbir ta’ l-istqarrija tal-fidi taghna, Kristu Gesu’. Lhud 3:1, 6:20.
Intom… bhala sacerdozju qaddis, biex toffru sagrificcji spiritwali, li joghgbu ‘l Alla b’Gesu’ Kristu. 1 Pietru 2:5, 2:9.
Gesu’ Kristu… ghamilna slaten u qassisin ghal Alla. Ir-Rivelazzjoni [bil-Grieg Apokalissi] 1:6, 5:10, 20:6.
Biex niddefendu ruhna, bil-maghmudija jew bil-fidi?
Fuq kollox, hudu f’idejkom it-tarka tal-fidi, li biha tistghu titfu l-vlegeg tan-nar tal-hazin. Efesin 6:16.
Lebsin il-kurazza tal-fidi u ta’ l-imhabba; u bhala elmu, it-tama tas-salvazzjoni. 1 Tessalonkin 5:8.
Il-ghadu taghkom, ix-xitan… iqfulu, qawwijin fil-fidi. 1 Pietru 5:8-9.
Kif jinholoq il-ferh, bil-maghmudija jew bil-fidi?
Dawk li laqghu l-Kelma bil-ferha kienu mghammdin; u zdiedu maghhom dak in-nhar madwar tlitt elef ruh. Atti 2:41.
Ara , hawn l-ilma; x’inhu li jzommni li ma nitghammidx?
U Filippu qal: Jekk temmen b’qalbek kollha, tista’. U wiegeb u qal: Nemmen li Gesu’ Kristu hu Bin Alla… u ghammdu… u baqa’ sejjer ferhan ghal triqtu. Atti 8:36-39.
Meta l-Gentili semghu dan, ferhu, u gglorifikaw il-Kelma tal-Mulej: u emmnu. Atti 13:48.
Tghammed minnufih, hu u niesu… u ferah, billi emmen f’Alla hu u n-nies ta’ daru. Atti 16:33-34.
Nghinukom fil-ferh taghkom: ghax bil-fidi intom izzommu. 2 Korintin 1:24; Rumani 15:13.
Intom imharsin mis-setgha t’Alla bil-fidi… B’dan intom tifirhu hafna... Il-prova tal-fidi taghkom, hija aktar prezzjuza mid-deheb… Gesu’ Kristu: Li thobbuh, ghalkemm ma rajtuhx; li temmnu fih, bla ma tarawh issa, u tifirhu b’ferh li ma jitfissirx u mimli glorja. 1 Pietru 1:5-8; Filippin 1:25.
Ahna jkollna l-mistrieh tal-hajja ta’ dejjem, bil-maghmudija jew bil-fidi?
Dak li jemmen bl-Iben ghandu l-hajja ta’ dejjem. Gwann 3:36, 6:40.
Ktibt dan lilkom li temmnu fl-Isem ta’ l-Iben t’Alla; biex tkunu tafu li ghandkom il-hajja ta’ dejjem, u biex temmnu fl-Isem ta’ l-Iben t’Alla. 1 Gwann 5:13;
Lhud 4:3; Rumani 6:23.
Kif nissalbu ma’ Kristu, bil-maghmudija jew bil-fidi f’Alla?
Jien imsallab ma’ Kristu: madankollu jien nghix; imma mhux jien, imma Kristu jghix fija: u l-hajja li issa nghix fil-gisem nghixha bil-fidi ta’ l-Iben t’Alla. Galatin 2:20.
Dawk li huma ta’ Kristu sallbu ‘l gisem bil-gibdiet u x-xewqat hziena tieghu. Jekk nghixu fl-Ispirtu, ha nimxu wkoll fl-Ispirtu. Ha ma nixtiqux ftahir fieragh, billi ninbxu lil xulxin, u nghiru ghal xulxin. Galatin 5:24-26.
Kif jghammar u jghix Gesu’ fina u ahna fih, bil-maghmudija jew bil-fidi f’Alla?
Biex jaghtikom, skond il-ghana tal-glorja tieghu, li tissahhu bil-qawwa bl-Ispirtu tieghu fil-bniedem ta’ gewwa; Biex jghammar Kristu f’qalbkom bil-fidi. Efesin 3:16-17.
Kemm hu shih it-twemmin taghkom fi Kristu. Mela bhal ma hadtu ‘l Kristu Gesu’ Sidna, hekk ghixu fih: B’eghruqkom fih, u mibnijin fuqu, u mwettqin
fil-fidi. Kolossin 2:5-7; 2 Korintin 13:5.Dan hu l-kmandament tieghu [t’Alla]: Li nemmnu f’Isem Ibnu Gesu’ Kristu, u nhobbu ‘l xulxin, bhal ma tana l-kmandament. U min ihares il-kmandamenti tieghu jghammar fih, u hu fih. U minn dan naghrfu li hu jghammar fina,
mill-Ispirtu li tana. 1 Gwann 3:23.Ahna nsalvaw: billi Gesu’ jerga’ jmut; jibdel l-ilma tal-maghmudija f’Demmu u jerga’ jqum mill-imwiet, jew bil-fidi fid-Demm ta’ darba ta’ Gesu’ mas-salib?
Kif nistghu ahna, li mitna ghad-dnub, nibqghu nghixu fih izjed? Ma tafux, li hafna minna li konna mghammdin f’Gesu’ Kristu, konna mghammdin fil-mewt tieghu? Ghalhekk ahna midfunin mieghu bil-maghmudija fil-mewt; biex bhalma Kristu qam mill-imwiet bil-glorja tal-Missier, hekk ukoll ahna nimxu fit-tigdid tal-hajja. Ghax jekk sirna haga wahda mieghu fix-xebh tal-mewt tieghu, hekk ukoll inkunu fix-xebh tal-qawmien tieghu. Billi tafu dan Li l-bniedem qadim taghna kien mislub mieghu, biex il-gisem tad-dnub jinqered, biex ma naqdux aktar lid-dnub... Issa jekk ahna mejtin ma’ Kristu, nemmnu li ghad nghixu wkoll mieghu: Billi nafu li Kristu wara li qam mill-imwiet ma jmut qatt izjed; il-mewt ma ssaltanx izjed fuqu. Ghax li miet, miet darba ghad-dnub: imma li haj, haj ghal Alla. Hekk ukoll intom qisu wkoll ruhkom mejtin tassew ghad-dnub, imma hajjin ghal Alla f’Gesu Kristu Sidna. Thallux mela d-dnub isaltan f’gisimkom li jmut, biex tobduh fix-xewqat hziena tieghu. Rumani 6:2-5, 7-12.
Imma l-haqq li jigi mill-fidi jghid hekk: La tghidx f’qalbek: Min jitla’ fis-sema? [jigifieri, biex inizzel ‘il Kristu minn fuq:] Jew: Min jinzel fil-qiegh? [jigifieri, jtalla’ ‘l Kristu mill-imwiet]. Imma xi tghid? Il-kelma qieghda hdejk, f’fommok stess, u f’qalbek: jigifieri l-kelma tal-fidi, li ahna nxandru; Ghax jekk int tistqarr b’fommok ‘il Sidna Gesu’, u temmen f’qalbek li Alla qajmu mill-imwiet, int issalva. Ghax bil-qalb il-bniedem jemmen fil-haqq; u bil-fomm wiehed jistqarr ghas-salvazzjoni. Ghax l-Iskrittura tghid: Kull min jemmen fih ma jirghox bil-misthija… Ghax kull min isejjah isem il-Mulej ikun salvat. Rumani 10:6-11, 13.
Midfunin mieghu fil-maghmudija, li fiha intom ukoll qomtu mieghu permezz tal-fidi fil-qawwa t’ Alla, li qajmu minn bejn l-imwiet: U lilkom, billi kontu mejtin fi dnubietkom u n-nuqqas tac-cirkoncizjoni ta’ gosimkom, takom il-hajja flimkien mieghu, u hafrilkom id-dnubiet kollha; Billi hassar il-kitba tal-precetti li kienet kontra taghna, u kuntrarja ghalina: nehhieha min-nofs, u sammarha mas-salib. Kolossin 2:12-14.
Ghaliex hemm ukoll fl-Iskrittura: Ara, sa nqieghed f’Sijon gebla tax-xewka [il-Mulej], maghzula, prezzjuza: u min jemmen fiha ma jaqax fil-ghajb. 1 Pietru 2:6.
L-maghmudija, li hi xbieha ta’ dan, issalvana issa wkoll, mhux it-tnehhija tal-hmieg tal-gisem, imma bi twegiba ta’ kuxjenza tajba ‘l Alla . 1 Pietru 3:21.
Ahna fir-ruh immutu: nqumu minn bejn l-imwiet; nitwieldu u nghixu hajja gdida, bil-maghmudija jew bil-fidi fid-Demm u l-Kelma t’Alla?
Qalilha Gesu’: Jiena hu l-qawmien, u l-hajja: min jemmen fija, ghad illi jkun mejjet, ighix: U kull min jghix u jemmen fija ma jmut qatt. Gwann 11:25-26; Efesin 5:14, 2:1, 2:5.
Kontu mifdijin mill-hajja fiergha taghkom… bid-demm prezzjuz ta’ Kristu…
Li bih intom temmnu f’Alla… biex il-fidi u t-tama taghkom ikunu f’Alla. Wara li naddaftu ruhkom, billi smajtu bis-sewwa, permezz ta’ l-Ispirtu… Billi twelidtu mill-gdid… permezz tal-Kelma t’Alla hajja, u li tibqa’ ghal dejjem… U din hi l-Kelma li bl-Evangelju hi mxandra lilkom. 1 Pietru 1:18-19, 21-23, 25; 2:24.
Kull min twieled minn Alla rebah id-dinja: u din hi r-rebha li rebhet id-dinja, l-fidi taghna. Min hu li jirbah id-dinja hlief min jemmen li Gesu’ hu Bin Alla? 1 Gwann 5:4-5.
Ahna meta ninzghu l-bniedem il-qadim; u nilbsu l-bniedem l-gdid, bil-maghmudija jew bil-opri hajja?
Jekk mela qomtu ma’ Kristu, fittxu dawk il-hwejjeg ta’ fuq… Ghax intom mittu, u hajjitkom mohbija ma’ Kristu f’Alla… Mewtu mela l-membri taghkom li huma fuq l-art: iz-zena, il-fahx, il-gibdiet tal-gisem, ix-xehwa, u r-reghba li hi idolatrija...
La tigdbux lil xulxin, wara li intom inzajtu l-bniedem il-qadim bl-eghmejjel tieghu; u lbistu l-bniedem il-gdid…
Ilbsu mela, bhala l-maghzulin t’Alla, qaddisin u mahbubin, qalb ta’ hniena, it-tjieba, l-umilta’ tal-mohh, il-hlewwa, is-sabar: Issaportu ‘l xulxin, u ahfru ‘l xulxin… U fuq dawn il-hwejjeg kollha ilbsu l-imhabba. Kolossin 3:1, 3, 5, 9, 12-14; Efesin 4:22-29.
L-maghmudija biss; jew anki l-opri tajba l-ohra, huma mezzi kif ahna nilbsu l-Gesu’?
S-salvazzjoni taghna hi eqreb minn meta sirna nemmnu… Ha nnehhu mela l-opri tad-dlam, u ha nilbsu l-armi tad-dawl. Ha nimxu onestament, qisu bi nhar; mhux fix-xalar u s-sokor, mhux fiz-zena u t-tbahrid, mhux fil-glied u l-ghira. Imma ilbsu l-Mulej Gesu’ Kristu. Rumani 13:11-14.
Ghax intom ilkoll li tghammidtu fi Kristu lbistu ‘l Kristu. Galatin 3:27.
It-Tama; hi frott u nidhlu fiha, permezz tal-maghmudija jew tal-fidi?
L-fidi hi l-pedament tal-hwejjeg li nittamaw fihom. Lhud 11:1.
Ghalhekk, billi konna ggustifikati bil-fidi, ghandna s-sliem ma’ Alla permezz ta’ Sidna Gesu’ Kristu; Li bih ukoll ghandna dhul bil-fidi f’din il-grazzja li fiha qeghdin, u nifirhu fit-tama tal-glorja t’Alla… n-niket inissel is-sabar; U s-sabar il-prova; u l-prova t-tama… l-imhabba t’Alla hi msawba fi qlubna bl-Ispirtu s-Santu li hu moghti lilna…Ahna ggustifikati b’demmu. Rumani 5:1-5, 9.
Ahna wkoll, li ghandna l-ewwel frott ta’ l-Ispirtu… waqt li nistennew l-adozzjoni, li hi l-fidwa ta’ gisimna. Ghax bit-tama ahna salvati… ahna nittamaw ghal dak li ma narawx, nistennew bis-sabar ghalih. Hekk ukoll l-Ispirtu jghin id-dghufijiet taghna. Rumani 8:23-26.
Ggustifikati bil-grazzja tieghu, insiru werrieta skond it-tama tal-hajja ta’ dejjem. Titus 3:7.
Issa Alla tat-tama jimliekom b’kull ferh u sliem fil-fidi, biex toktru fit-tama, permezz tal-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu. Rumani 15:13.
Biex jipprezentakom [il-Mulej] qaddisin u bla tebgha u bla ghajb quddiemu; Jekk tkomplu fil-fidi, imsejsin u fis-sod; u ma titharrkux mit-tama ta’ l-Evangelju li smajtu. Kolossin 1:22-23.
Ahna nsalvaw bil-fidi hajja f’Alla, u l-opri tajba huma l-frott tal-fidi hajja?
Gharblu lilkom infuskom, araw intomx fil-fidi; ippruvaw lilkom infuskom.
2 Korintin 13:5, 8:7.Il-fidi taghkom tikber bis-shih, u l-imhabba ta’ kull wiehed minnkom toktor. 2 Tessalonkin 1:3.
Ghax fi Kristu Gesu’… l-fidi li tahdem bl-imhabba. Galatin 5:6, 6:10; 1 Timotju 1:14.
Ghax smajna bil-fidi taghkom fi Kristu, u bl-imhabba li ghandkom ghall-qaddisin kollha, Ghax it-tama hi merfugha ghalikom fis-smewwiet , li biha intom smajtu qabel fil-Kelma tas-sewwa ta’ l-Evangelju… u jaghmel il-frott, bhal ma jaghmel fikom ukoll, minn dak in-nhar li smajtu bih. Kolossin 1:4-6; Efesin 1:15, 1 Korintin 13:3, 13.
Zidu mal-fidi taghkom il-virtu’; u mal-virtu’ l-gharfa; U mal-gharfa, ir-razna; u mar-razna, is-sabar; u mas-sabar; it-tjieba. U mat-tjieba, il-hbubija ta’ l-ahwa; u mal-hbubija ta’ l-ahwa, l-imhabba. Ghax jekk ikollkom fikom dawn il-hwejjeg, u bil-kotra, ma jhallukomx fiergha jew bla frott ghall-gharfa ta’ Sidna Gesu’ Kristu. 2 Pietru 1:5-8.
Ha jitghallmu taghna wkoll jaghtu ruhhom ghall-opri tajba ghall-htigijiet li jistghu jinqalghu, biex ma jkunux bla frott. Titus 3:14
Dak li jisma’ l-Kelma, u jifhimha: li jaghmel ukoll il-frott. Mattew 13:23, 3:8, 25:4, 25:40; Mark 4:20; Luqa 3:8, 8:15.
[Ghax il-frott ta’ l-Ispirtu jinsab f’kull tjieba u haqq u sewwa;) Billi tfittxu dak li joghgob lill-Mulej. Efesin 5:9-10; Kolossin 1:10.
Mimlijin bil-frott tal-haqq, li jigi permezz ta’ Gesu’ Kristu, ghall-glorja u l-fohrija t’Alla. Filippin 1:11.
Mahluqin fi Kristu Gesu’ ghall-opri tajba, li Alla hejja minn qabel biex nimxu fihom. Efesin 2:10.
Uri lilek innifsek f’kollox xempju ta’ opri tajba: fit-taghlim, nuqqas ta’ tahsir, ghaqal, sincerita’. Titus 2:7.
Urini l-fidi tieghek minghajr opri, u jien nurik il-fidi tieghi mill-opri tieghi. Inti temmen li hemm Alla wiehed; sewwa taghmel: ix-xjaten ukoll jemmnu, u jitrieghdu… l-fidi bla opri hi mejta…
Taraw mela kif bl-opri isir gust il-bniedem, u mhux bil-fidi wehidha. Gakbu 2:18-20, 24.
Gesu’ qal… dak li jibqa’ sa l-ahhar ikun salvat. Mattew 10:22, 7:24, 24:13; Mark 13:13; Luqa 6:47-48.
Gesu’ qal… U ghallmuhom iharsu kulma ordnajtilkom. Mattew 28:20; Gwann 14:15; ir-Rivelazzjoni [bil-Grieg Apokalissi] 1:3, 2:10.
Min jemmen u jitghammed, isalva; izda min ma jemminx ikun ikkundannat. Mark 16:16; Lhud 5:9.
Gesu’ mbaghad qal lil dawk il-Lhud li emmnu fih: Jekk izzommu fil-Kelma tieghi, imbaghad tkunu tassew dixxipli tieghi. Gwann 8:31.
Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-girja tieghi, zammejt il-fidi. 2 Timotju 4:7.
Irrid infakkarkom fl-Evangelju li xandartilkom, u li intom ukoll ilqajtu, u li zzommu shih mieghu. U li bih intom salvati, jekk izzommu f’mohkom dak li xandartilkom, ghax inkella tkunu emmintu ghal xejn. 1 Korintin 15:1-2.
Imma intom ghamlu l-Kelma, u mhux tisimghuha biss, billi tqarrqu bikom infuskom. Gakbu 1:22.
Ghalhekk min jaf jaghmel it-tajjeb, u ma jaghmlux, jaghmel dnub. Gakbu 4:17.
L-ilma jfisser l-ilma tal-maghmudija biss, jew jirreferi ghal fidi f’Alla u l-Kelma tieghu wkoll?
Wiegeb Gesu’: Tassew, tassew, inghidlek: Jekk wiehed ma jitwelidx mill-ilma u mill-Ispirtu, ma jistax jidhol fis-saltna t’Alla. Dak li jitwieled mill-gisem hu gisem; u dak li jitwieled mill-Ispirtu hu spirtu. Gwann 3:5-6.
Gesu’ qal.. Izda kull min jixrob mill-ilma li naghtih jien ma jiehdu ghatx qatt; imma l-ilma li naghtih jien ikun fih ghajn ta’ ilma gieri sal-hajja ta’ dejjem. Gwann 4:14.
Gesu’ qal… min jigi ghandi ma jiehdu guh qatt; u min jemmen fija ma jiehdu ghatx qatt. Gwann 6:35.
Hu l-Ispirtu li jaghti l-hajja; l-gisem ma jiswa xejn: il-Kliem li nghidilkom huma spirtu, u hajja. Gwann 6:63.
Gesu’ qal… Jekk xi hadd ghandu l-ghatx, ha jigi ghandi, u jixrob. Min jemmen fija, kif qalet l-Iskrittura, johrog minn gewwa fih xmajjar ta’ ilma haj. [Imma dan qalu ghall-Ispirtu, li kellhom jiehud dawk li jemmnu fih]. Gwann 7:37-39.
Kristu habb ukoll lill-knisja, u ta lilu nnifsu ghaliha; Biex iqaddisha u jnaddafha bil-hasil ta’ l-ilma bil-Kelma. Efesin 5:25-26.
Gesu’ hu Bin Alla? Dan hu dak li gie bl-ilma u d-demm: Gesu’ Kristu: mhux bl-ilma wahdu, imma bl-ilma u d-demm. U hu l-Ispirtu li jixhed, ghax l-Ispirtu hu s-sewwa. Ghax tlieta huma dawk li jixhdu fis-smewwiet: il-Missier, il-Kelma u l-Ispirtu s-Santu: u dawn it-tlieta huma wiehed. U tlieta huma dawk li jixhdu fl-art: l-Ispirtu, u l-ilma, u d-demm: u dawn it-tlieta huma haga wahda. 1 Gwann 5:5-8.
Miktub minn Renald Williams