IT-TRIQ, IL-VERITÀ U L-HAJJA

"Jiena t-triq, u s-sewwa, u l-hajja
hadd ma jigi ghand il-Missier, hlief bija."

Miktub minn Joe Mizzi

It-Triq

L-gharef Ramakrishna Paramahamsa qal: “Bhalma wiehed jista’ jitla’ fuq il-bejt ta’ dar permezz ta’ sellum jew qasba jew tarag jew habel, hekk diversi huma t-toroq u l-mezzi biex tilhaq ‘l Alla, u kull religjon fid-dinja turi wahda minn dawn il-mezzi.”

Hafna Maltin jahsbuha bhalu. Is-Sur Bianco Faccjol qalilna hekk: “L-importanti ma tobghod lil hadd u tghix hajja sewwa.” Kieku sew jahasra, izda min minna jghix hajja perfetta? Kburi bit-tjieba u l-qdusija tieghu, is-Sur Faccjol baqa’ ma ntebahx li taht qoxortu hu wkoll infettat bid-dnub u l-hazen. Il-Farizej fadlilhom nisel imqar sal-lum. Lil dawn in-nies taparsi gusti, il-Mulej m’ghandu xejn x’joffrilhom, ghax, kif qal: “Ma gejtx insejjah lin-nies sewwa, izda lill-midinbin.”

Is-Sinjura Merit Gift-Scheme ghandha xehta izjed religjuza. Tittama li bl-opri tajba u b’atti religjuzi takkwista bizzejjed punti biex taghmel tajjeb ghal dnubietha u timmerita post fil-Genna. Ghandu jkun hasbet li Alla hareg il-hniena u l-mahfra tieghu ghall-biegh bi prezz issussidjat; izda zgur qatt ma fehmet il-qalb kbira u generuza t’Alla.

Orrajt-Man ilu li nesa l-Ghaxar Kmandamenti li kien tghallem id-dottrina. Sakemm ma jinqabadx u ma jsofrix konsegwenzi, ejja ha mmorru u hallik mill-morali! Fl-ahhar mill-ahhar dejjem hemm l-Emergency Fire Exit: “Ladarba Alla hu mhabba, zgur mhu se jibghat lil hadd l-Infern ibati ghal dejjem!” Imma, nghid jien, il-Mulej Gesu' kien qed jiccajta kull meta tkellem fuq l-Infern? Xi jfisser in-nar li ma jintefiex? Il-biza’ u t-thezziz tas-snien? It-triq il-wiesa’ li twassal ghat-telfien?

Ramakrishna Paramahamsa forsi jirnexxielu jitla’ fuq il-bejt bis-sellum. Hemm fuq jiltaqa’ mar-religjuzi shabu. Izda m’Alla ma jiltaqax, ghax Alla ma jghammarx fuq il-bejt, izda fl-oghla smewwiet “fid-dawl li hadd ma jista’ jersaq lejh.” Pont wiehed ilahhaq id-distanza infinita bejn il-bniedem midneb u Alla qaddis. Dan il-pont hu Gesu' Kristu: “Jien it-triq.”

Gesu' ma qalx, “Jien wahda mit-toroq.” Afferma biss, “Jien it-triq.” Lanqas qal, “Hemm hafna mezzi li jwasslu ghand il-Missier.” Izda sostna, “Hadd ma jigi ghand il-Missier hlief bija.” Lil min se temmen, lil Ramakrishna jew lil Kristu?

Il-verita'

“Stenna ftit!” nisthajlek tipprotesta. “Kif tista’ tkun daqshekk dommatiku? F’socjeta' moderna kulhadd ghandu dritt ghall-opinjoni personali. Jehtieg nitghallmu nirrispettaw il-fehmiet diversi ta’ xulxin. Ma tistax timponi r-religjon ta’ Kristu fuq kulhadd!”

Nammetti, timponi mhux sew. Madankollu l-abjad jibqa’ abjad, u l-iswed jibqa’ iswed. Jekk Kalang jemmen li d-dinja catta, x’taqbad taghmel? Forsi tirraguna mieghu u turih ritratti tal-globu mehudin mill-ispazju. Jekk jibqa’ dubbjuz m’hemmx wisq izjed x’taghmel. Madankollu minkejja il-konvinzjoni soda u sinciera, il-verita' ma tinbidilx: id-dinja tonda tibqa’ u Kalang jemmen hrafa.

L-atew konvint li m’hemmx Alla. Nista’ nirrispetta opinjoni bhal dik? Lanqas ir-raguni ma thallini kwiet. Ghax fir-realta' jew Alla jezisti jew ma jezistix. Impossibbli jezisti u ma jezistix fl-istess waqt. Ladarba nemmen f’Alla bilfors nikkontradixxi lill-atew.

Jew, biex niehdu ezempju iehor, x'hemm lil hinn mill-qabar? Kulhadd ghandu l-idea tieghu: min jghid li m’hemmx hajja u min jishaq li hemm. Jidher car li xi hadd ghandu zball. Ma jistax ikun li kulhadd ghandu ragun. Jekk m’hemm xejn ’l hinn mill-qabar, il-Kristjani ta’ min jithassarhom; izda jekk hemm, miskin min matul hajtu injora l-gudizzju li gej.

Forsi twegibni: “Kollox sew, imma kif qatt nistghu nkunu certi minn hwejjeg bhal dawn. Min qatt ra ‘l Alla, jew miet u rega’ gie? Ladarba ma nistghux inkunu certi minn dak li nemmnu, hemm bzonn nittolleraw l-ideat ta’ xulxin.”

Sa certu punt naqbel mieghek. Peress li l-bniedem ma jafx kollox, u ma jistax ikun jaf kollox, dejjem jibqa’ element ta’ dubju. Skopra biss ftit bicciet mill-jigsaw puzzle; l-istampa kollha baqa’ m’gharafhiex. Meta l-mohh uman jimrah ‘il barra mill-isfera fizika u jittanta jiskopri l-ispiritwali, malajr jintilef f’misteru impenetrabbli.

Wara esperjenza filosofika ta’ eluf ta’ snin, il-bniedem modern beda jintebah li ma jistax iwiegeb b’certezza l-mistoqsijiet fundamentali ta’ l-ezistenza tieghu. Qata’ qalbu, u ironikament, wasal ghall-konkluzjoni certa: “Ma nistax inkun naf... halli kulhadd jemmen li jrid.”

Gesu' Kristu jwiegeb ghad-disprament taghna. Qal: “Jien hu l-verita'... jekk izzommu l-kelma tieghi, imbaghad tkunu tassew dixxipli tieghi u taghrfu l-verita'.” Iva, tista’ tkun taf fic-cert, izda mhux jekk tibqa’ isserrah fuq l-gherf limitat uman. L-gherf infinit ta’ Kristu huwa l-blata soda tal-fidi dommatika tad-dixxipli tieghu.

Jezisti Alla? Hemm hajja wara l-mewt? Kristu mhux biss jikkonferma l-ezistenza t’Alla, izda wkoll jgharrfuna. Meta staqsewh, “Mulej, urina l-Missier,” wegibhom, “Min ra lili ra lill-Missier.” Ikkonferma wkoll l-ezistenza ta’ hajja wara l-mewt: tkellem dwar it-tbatija ta’ l-Infern u l-kastig ta’ dejjem. Lid-dixxipli tieghu weghdhom li sejjer ihejji post ghalihom f’dar Missieru.

Din mhix semplici opinjoni. Din hi l-verita' minn fomm il-Verita'. Darba l-gvernatur Ruman, Pilatu, staqsa lil Gesu' Kristu: “X’inhi l-verita'?” It-twegiba shiha ghall-mistoqsija tieghu kienet quddiemu. Tragikament Pilatu telaq ’il barra. Taghmilx bhalu!

Il-Hajja

Kburi bih innifsu, l-bniedem ma jaccettax l-istqarrijiet ta’ Kristu. Jippretendi li kapaci jsib il-milja tieghu u jasal ghall-verita’ wahdu. Wisq anqas jifhem x’ried ifisser meta qal, “Jien il-hajja.” Habib tieghi offenda ruhu bil-kliem ta’ Kristu. Qalli: “X’jigifieri? Jien kuntent kif jien minghajru. Ma jridx jghid forsi li apparti minnu m’hemmx hajja genwina?”

Iva, hekk irid ifisser. Hu biss il-hajja. Hu l-ghajn u l-ghan tal-hajja; ghalhekk jekk ma tafx lil Kristu, hajtek tissarraf biss fi frugha. L-Iskrittura ma tilghabx bil-kliem, “Min ghandu l-Iben ghandu l-hajja; u min m’ghandux l-Iben t’Alla m’ghandux il-hajja.”

Is-Sur Mimliliri jahseb li ma jonqsu xejn. Ghandu l-isbah villa, karozza lussuza, ilbies ta’ l-aqwa marka. Lil uliedu jaghtihom l-ahjar edukazzjoni fi skola privata. L-air conditioner izommu frisk fis-sajf u shun fix-xitwa. Zaqqu jimliha b’ikel delizzjuz u b’inbid mill-ifjen. Ghandu life insurance u kont ohxon il-bank -- mohhu mistrieh ghall-futur. X’irid aktar minn hekk?

Kemm hu iblah! Hin bla waqt tasallu s-siegha tat-tluq mid-dinja. Lanqas centezmu ma jiehu mieghu. Jintebah tard wisq li fl-Infern il-flus m’ghandhomx valur. Is-sinjur, minghajr Kristu, hu fqir u fallut.

Kristu wissiena li l-hajja ma tikkonsistix f’kemm ghandna oggetti. Il-Maltin ma jemmnuhx. Kontinwament ibbombardjati bil-propaganda politika, hafna jassumu li l-finanzi huma l-helsien jew il-qerda taghna. Jekk jirnexxielna ntejbu l-ekonomija, inzidu l-pagi u l-pensjonijiet, u nnaqqsu t-taxxi u l-kontijiet, insibu ruhna fil-genna ta’ l-art. Minghalina! Qed nigru wara l-bziezaq tas-sapun, imsahhra bl-ilwien sbieh taghhom. Qed nigru wara l-arja.

Imma ghandu mnejn, bil-grazzja t’Alla, taghraf il-faqar, il-periklu u l-hazen tieghek. Id-dinja hi dezert niexef. Taf li fiha m’hemmx qatra ilma, u minn qiegh qalbek titnieghed: “Bhalma ghazziela mlebilba ghall-ilma gieri, hekk ruhi hi mlebilba ghalik, o Alla.”

Il-Mulej Gesu' Kristu hu l-uniku tama tieghek. “Jien hu l-hajja... Jekk xi hadd ghandu l-ghatx, ha jigi ghandi u jixrob. Minn jemmen fija, kif qalet l-Iskrittura, johrog minn gewwa fih xmajjar ta’ ilma haj.”

Kitba Evangelika Online