Temmen fl-Evoluzzjoni?

Miktub minn Joe Mizzi

It-teorija ta’ l-evoluzzjoni twiegeb il-mistoqsija dwar l-origini (u allura s-sinifikat) ta’ l-univers, il-hajja u l-bniedem. Hafna jassocjaw il-bidu ta’ din l-idea ma’ Charles Darwin. Fil-fatt il-kuncett ta’ l-evoluzzjoni imur lura ta’ l-anqas sa zmien il-filosfi materjalistici tal-Grecja antika (bhal Democritus u Epicurus). L-evoluzzjoni hi l-filosofija fundamentali ta’ religjonijiet bhal Buddizmu ul-Hinduizmu, kif ukoll tar-religjon moderna tal-punent, l-umanizmu sekulari. Darwin ta kredibilta’ xjentifika lil din il-filosofija bil-pubblikazzjoni tal-ktieb The Origin of Species fl-1859. Ipropona li speci tevolvi b’mezzi naturali permezz ta’ bidliet zghar matul medda twila ta’ snin. Anke l-bniedem suppost evolva minn ‘apes’ estinti.

Il-kuncett evoluzzjonarju huwa applikat mhux biss ghall-origini tad-diversita’ tal-hajja, imma ghall-origini tal-hajja nfisha. Skond din it-teorija, il-hajja bdiet spontanjament biljuni ta’ snin ilu. B’mod naturali u minghajr direzzjoni intelligenti l-kimici fformaw l-ewwel ‘cellola’ hajja, li minnha mbaghad evolviet kull hlejqa ohra.

Barra minn hekk, l-istess kuncett hu applikat ghall-origini ta’ l-univers. Fil-prezent l-aktar teorija accetta fost ix-xjentist hi msejha ‘The Big Bang Theory’, u tafferma li l-univers beda bi splussjoni ta’ ‘oggett’ izghar minn centezmu madwar 13-il biljun sena ilu. Hafna jaffermaw ukoll li, f’xi forma jew ohra, l-univers huwa etern.

Il-mudell evoluzzjonarju jserrah fuq filosofija materjalistika li teskludi l-possibilta’ ta’ l-ezistenza ta’ setgha divina. Minhabba dan il-pregudizzju, l-evoluzzjonista neccessarjament jaghti spjegazzjoni naturali ghall-ezistenza tieghu u ta’ l-univers madwaru.

It-teorija ta’ l-evoluzzjoni tikkontradixxi l-Kelma t’Alla, kif jidher mit-tabella t’hawn taht.

IL-HOLQIEN SKOND IL-BIBBJA IT-TEORIJA TA' L-EVOLUZZJONI
‘Fil-bidu Alla halaq’. L-univers ghandu bidu; Alla hu etern. L-univers materjali, f’xi forma jew ohra, huwa etern.
‘Fil-bidu Alla halaq’. Il-holqien hu l-prodott tax-xoghol t’Alla personali. L-univers, il-hajja u l-bniedem evolvew b’kawzi naturali minghajr direzzjoni intelligenti.
‘F’sitt ijiem il-Mulej ghamel is-smewwiet u l-art’ (Esodu 20:11).  L-univers prezenti evolva matul 13 il-biljun sena; il-hajja evolviet matul 3 biljun sena.
‘Alla temm ix-xoghol... u waqaf fis-seba’ jum mix-xoghol tieghu.’ Il-holqien hu mitmum. L-evoluzzjoni hu process kontinwu li ghadu sejjer.
Il-holqien kien ‘tajjeb hafna’; it-tbatija u l-mewt gew kawza tad-dnub. It-tbatija u l-mewt huma l-forza krejattiva (‘survival of the fittest’).
Ghaxar darbiet Genesi jirrepeti li l-hlejjaq hajjin inisslu ‘skond genshom’ (1:11-25). Klassi ta’ bhejjem tevolvi bil-mod il-mod fi klassi totalment differenti; ez. hut, amfibji, rettili u mammali.
‘Alla halaq il-bniedem fuq xbieha tieghu.’  Il-bniedem hu essenzjalment annimal bhall-ohrajn.

L-evoluzzjoni u l-Bibbja Ma Jaqblux

Ladarba l-holqien u l-Iskrittura ghandhom l-istess Awtur infallibbli, ma nistghux nghidu li fihom informazzjoni zbaljati. Madankollu, biex nifhmu l-holqien jehtieg niskopru u ninterpretaw l-informazzjoni minn dawn iz-zewg ghejjun. Hawnhekk jinqala’ l-inkwiet: ibda biex, il-bniedem huwa limitat f’gherfu. Ix-xjenza skopriet ftit bicciet tal-jigsaw puzzle, mhux l-istampa kompleta. Barra minn hekk, il-bniedem ghandu inklinazzjoni kontra Alla (ghax hu midneb). Ghaldaqstant m’ghandniex ghalfejn nistaghgbu jekk l-bniedem jaqra u jfisser hazin iz-zewg kotba, wiehed miktub bil-linka u l-iehor kollu stampi, moghtija t-tnejn minn Alla.

Hafna jassumu li x-xjentisti huma oggettivi u bla pregudizzji. Trid tkun semplici u fidil jekk taqra xjentisti bhal Isaac Asimov, Carl Sagan u Stephen Hawking minghajr ma tintebah bil-pregudizzju ateista u materjalista taghhom. Kull bniedem jara l-univers skond in-nuccali li jilbes. Il-Kristjan ihares lejn bukkett fjuri u jiftakar fil-kobor tal-Hallieq u Alla tieghu; l-ateist ihares lejn l-istess bukkett u jistaghgeb kif ‘in-natura’ b’kumbinazzjoni inkredibbli ddisinnjat il-hajja!

L-evoluzzjoni: teorija ghajjiena

Xi whud jassumi li ‘xjenza’ u ‘fatti’ huma l-istess. Dan mhux veru. Il-metodu xjentifiku jinkludi esperimentazzjoni u osservazzjoni biex tingabar l-informazzjoni. Ix-xjentist jipprova jaghti tifsira komprensiva tal-fatti billi jizviluppa teorija. It-teorija u l-fatti mhumiex l-istess. Jekk naghtu titwila lejn l-istorja tax-xjenza malajr nintebhu kif it-teoriji xjentifici tbiddlu matul is-sekli. Qabel Einstein, min kien johlom li t-teorija ta’ Newton kienet zbaljata? Anke it-teorija ta’ Darwin inbidlet matul is-snin, l-ewwel fin-Neo-Darwinism, u issa fil-Post-neo-Darwinism. Haga wahda biss hi zgura dwar it-teorija ta’ l-evoluzzjoni: l-evoluzzjoni tat-teorija!

Il-Kristjani huma intimidati malajr kif jisimghu l-kelma ‘xjenza.’ Fl-ewwel nofs ta’ dan is-seklu, min kien lest jghid li l-bniedem kien mahluq direttament minn Alla meta x-xjenza sabet il-missing link u semmewh Piltdown Man? (Ara l-istampa li tidher fuq). Ippreferew minflok jisfiguraw it-tifsira tal-Genesi biex jakkomodaw ‘il-fatti tax-xjenza.’ Imma fil-hamsinijiet gie mikxuf li Piltdown Man (‘il-fatti tax-xjenza’) kien cajta goffa u qarrieqa - ftit snien illimati u l-ghadam misbugh biex jidher qadim.

Ma rridx nghid li x-xjentisti dejjem iridu jqarrqu. Imma, mill-banda l-ohra, irridu niftakru li minn natura taghha, ix-xjenza hi dejjem limitata. Ix-xjenza tista’ taghti tifsira naturali ghall-fenomeni fizici. Imma sa hemm tista’ tasal. Ix-xjenza m’ghandhiex il-mezzi biex tinvestiga s-sopranaturali. Nghidu ahna, jekk xjentist ried jinvestiga t-twelid vergni ta’ Kristu jew il-qawmien mill-mewt tieghu, kien jasal ghal zewg konkluzjonijiet: a) dawn l-avvenimenti graw tassew; b) dawn l-avvenimenti m’ghandhomx spjegazzjoni naturali. Ix-xjenza genwina tammetti l-limitazzjonijiet taghha. Ix-xjentisti moderni (minhabba l-filosofija materjalista taghhom) jinnegaw din il-limitazzjoni sabiex bis-sewwa jew bid-dnewwa jaghtu tifsira naturali ghall-origini ta’ kollox (avolja jekk fil-fatt l-univers kellu kawza sopranaturali).

Barra minn hekk, fil-kwistjoni ta’ l-istudju ta’ avvenimenti storici, ix-xjenza ma tantx tista’ toffri wisq. Huwa impossibbli, per ezempju, li x-xjenza taghti prova ta’ l-Assedju l-Kbir ta’ l-1565. Nafu x’gara, mhux mix-xjenza, izda minn dokumentazzjoni ta’ xhieda li kienu prezenti dakinhar. Bl-istess mod, ix-xjenza ma tistax taghti prova ta’ l-origini ta’ l-univers, il-hajja u l-bniedem ghaliex dawn kienu avvenimenti storici u unici. Ma jistghux jigu osservati u lanqas ripetuti b’esperimenti. L-evidenza favur l-evoluzzjoni bijologika hi kollha xhieda cirkostanzjali u ghalhekk tista’ tigi interpretata b’mudelli ohra. Infatti l-filosfu tax-xjenza, Sir Karl Popper, wera dubju jekk it-teorija ta’ l-evoluzzjoni tistax tigi klassifikata bhala teorija xjentifika.

Hekk jew hekk, it-teorija ta’ l-evoluzzjoni xejn mhi soda. Meta tezaminaha fid-dawl tal-fatti jinkixfu xquq serji fil-pedamenti taghha. Nghidu ahna, it-teorija tipproponi li l-hajja originat meta l-kimici zviluppaw spontanjament fl-ewwel cellola hajja. Nistaqsu: dan il-fenomenu qatt gie verifikat b’esperimenti? It-twegiba xotta xotta hi le, qatt. Nistaqsu: ghallanqas hu teoretikament ragonevoli li seta’ jsehh? Sir Fred Hoyle (astrophyscist, rebbieh tal-premju Nobel) ikkalkola li l-probabbilta’ biex l-hajja tifforma spontanjament hi daqs kemm kieku kellu jghaddi riefnu minn mizbla u jibni Boeing 747 mill-imbarazz ta’ go fiha! Michael Denton (molecular biologist) isejjah l-idea ta’ l-evoluzzjoni kimika tal-hajja bhala ‘simply an affront to reason’ (insult ghall-intelligenza)!

It-teorija ta’ Darwin tipproponi li speci ta’ annimal tinbidel bil-mod il-mod fuq medda ta’ miljuni ta’ snin u tevolvi fi speci ghalkollox differenti. Jekk dan hu minnu nistennew li nsibu fossili ta’ hafna annimali intermedjarji. Fi zmienu dawn il-missing links ma nstabux. L-iskuza ta’ Darwin kienet li l-fossil record kienet fqira wisq. Issa ghaddew aktar minn mitt sena ta’ studju intensiv biex tinstab l-evidenza fil-fossili. X’inhu r-rizultat? David Kitts (zoologist u evolutionist) jistqarr: ‘L-evoluzzjoni tehtieg forom intermedjarji bejn l-ispeci differenti, u l-palentologija (l-istudju tal-fossili) ma tipprovdihomx.'

Kompromess!

Xi Nsara jemmnu fl-evoluzzjoni. Jissejhu ‘theistic evolutionists’ u jaffermaw it-teorija ta’ l-evoluzzjoni kif ukoll l-ezistenza t’Alla u s-supervizjoni tieghu waqt il-process evoluzzjonarju. Jemmnu f’intervent divin fil-holqien tal-bniedem fuq xbieha t’Alla f’xi punt ta’ l-evoluzzjoni umana. Hekk mela, dawn jassumu li l-evoluzzjoni kienet il-mezz li Alla uza fil-holqien.

Din il-pozizzjoni tipprova tintegra r-rivelazzjoni biblika mat-teorija ta’ l-evoluzzjoni. Dan hu kompromess inutli. Ibda biex, it-theistic evolutionists jinjoraw jew jaghtu tifsira dubbjuza tat-taghlim tal-Bibbja fuq il-holqien. Meta jsir hekk issofri il-kredibilita’ tal-Bibbja. Ghax il-Bibbja ssir ktieb tal-placticine li tinghata forom differenti biex takkomoda teorija li kontinwament qed tinbidel. Min lest jibni daru fuq it-tafal u jafda ktieb allegoriku u semi-mitologiku li kulhadd jista' jifhmu kif jixtieq hu? Naturalment li teorija xjentifika titbiddel hu accettabbli, imma l-Bibbja hi l-kelma certa t’Alla, il-blata li fuqha messna nserrhu hajjitna. 

Barra minn hekk l-integrazzjoni tat-teorija ta’ l-evoluzzjoni mal-Genesi ma tantx titwemmen. It-teorija ta’ l-evoluzzjoni ma tehtigx ‘l Alla. Infatti t-teorija hi mahsuba biex taghti twegiba ghall-origini minghajr il-htiega ta’ l-intervent divin. Skond din it-teorija, l-evoluzzjoni sehhet bi process naturali, ‘an unsupervised, impersonal, unpredictable, and natural process’ (National Assosiation of Biology Teachers, USA).

Mill-aspett teologiku hemm diversi problemi. Nghidu ahna, l-Bibbja tghallem car li t-tbatija u l-mewt ma kinux parti mill-holqien originali (li Alla qal kien ‘tajjeb hafna’); izda dahlu minhabba d-dnub tal-bniedem. Imma jekk l-evoluzzjoni hi korretta, jigi li Alla tajjeb uza t-tbatija, il-mard u l-mewt ta’ numru bla ghadd ta’ bhejjem bhala mezz ghall-holqien tal-bniedem. Tista’ ssejjah dak il-holqien, infatti lill-Hallieq innifsu, ‘tajjeb’?

Il-Kristjan u l-Evoluzzjoni

Hafna Kristjani, inkluzi hafna xjentisti, jichdu l-evoluzzjoni, u jilqghu r-rakkont storiku tal-Genesi dwar il-holqien. Ma tistax tkun konsistenti u temmen l-Iskrittura u fl-istess waqt temmen ukoll it-teorija ta’ l-evoluzzjoni - ta’ l-anqas kif prezentata fil-maggoranza tal-kotba u gurnali xjentifici, ghax l-kuncett evoluzzjonarju huwa maghgun ma’ filosofija materjalista. Il-holqien u l-evoluzzjoni huma kontradittorji.

Ghal min jemmen fl-evoluzzjoni, il-krettu ghall-holqien jinghata lin-natura (il-holqien stess!) Din hi forma ta’ idolatrija (‘taw il-gieh u l-qima taghhom lill-hlejjaq flok ma tawhom lill-Hallieq,’ Rum. 1:15). Imma n-Nisrani jaghraf ‘l Alla, l-arkitett u l-bennej tal-kosmos. ‘Jisthoqqlok, Mulej Alla taghna, li tilqa’ l-glorja u l-gieh u s-setgha, ghax int hlaqt il-hlejjaq kollha, u huma kienu u nholqu bir-rieda tieghek,’ Rivelazzjoni 4:11.

L-evolouzzjoni hi l-pedament tas-socjeta’ sekulari moderna li warrbet lil Alla fil-genb. Postu hadu l-bniedem. Il-bniedem modern jirraguna hekk: ‘Ladarba kollox sehh b’mezzi naturali u mhux mill-Hallieq, jien m'ghandi responsabbilta' u obbligu lejn hadd.’ Jekk m’hemmx Hallieq, lanqas hemm Sid. Il-bniedem isir awtonomu, is-sid tieghu nnifsu. ‘Dak li hu tajjeb ghalija u li joghgob lili’ jiehu post ‘Dak li jrid Alla fil-Ligi tieghu.’ Jien nahseb li problemi bhad-divorzju huma l-frott ta’ din il-mentalita’. Ghax jekk wiehed xaba’ mizzewweg, min hu sidu jekk irid jiddivorzja u jizzewweg mara ohra? Infatti x’izommu milli jghix ma’ ragel iehor jekk ihossu kuntent f’dik ir-relazzjoni? Imma meta staqsewh dwar id-divorzju, il-Mulej Gesu’ ma rrispondiex skond id-drittijiet u x-xewqat tal-bniedem. Fakkarhom fl-origini taz-zwieg, qalilhom: ‘Sa mill-bidu tal-holqien Alla ghamilhom ragel u mara.’ Qralhom mill-Genesi. Imbaghad ikkonkluda: ‘Dak li ghaqqad Alla ma ghandux jifirdu l-bniedem.’ Fi kliem iehor, ladarba z-zwieg halqu Alla, hu biss ghandu l-jedd jirregolah.

L-Insara jishqu li l-bniedem hu mahluq fuq xbieha t’Alla. Imma l-mentalita’ evoluzzjonarja tbaxxi d-dinjita’ umana. Il-bniedem jitqies bhall-annimali l-ohra. Forsi zviluppat aktar, iva, imma essenzjalment annimal. Ghalhekk huwa facli li jkunu gustifikati dnubiet bhall-abort. Bhalma nehilsu mill-frieh tal-qtates zejda, ghaliex mara ma tistax tehles mill-fetus ukoll? Mhuxftit celloli f’forma ta’ tadpole kull mhu?

Fl-ahharnett, l-evoluzzjoni teqred is-sinifikat u t-tama ta’ l-ezistenza umana. L-aktar li tista’ toffri hu zvilupp socjali ghall-generazzjonijiet futuri. Imma ghall-individwu ma toffri xejn, hlief li jirritorna lura lejn it-trab biex jigi riciklat! Ghan-Nisrani, il-hajja fiha valur dejjiem: kien mahluq biex jaghraf, ihobb u jgawdi lill-Hallieq tieghu ghal dejjem.

Kitba Evangelika Online