HEMM ALLA WIEHED
U wiegbu Gesu’: L-ewwel fost il-kmandamenti kollha hu: Isma’, ja Izrael; il-Mulej, Alla taghna, hu Mulej wiehed. Mark 12:29.
U l-iskrib qallu: Tajjeb, Mghallem [Gesu’], tkellimt sewwa: ghax hemm Alla wiehed; u m’hemmx iehor ghajru. Mark 12:32.
Arga’ mur darek, u xandar kemm hwejjeg kbar ghamillek Alla. U dak telaq, u xandar mal-belt kollha kemm hwejjeg kbar ghamillu Gesu’. Luqa 8:39.
U Tumas wiegeb u qallu [lil Gesu’]: Mulejja, u Alla tieghi. Gwann 20:28.
Ha jkollkom fikom dan il-hsieb, li kien fi Kristu Gesu’: Li, ghalkemm kien f’sura ta’ Alla, ma qishiex bhala haga misruqa li jkun daqs Alla. Filippin 2:5-6.
QIMA LIL ALLA
Issa meta Gesu’ twieled f’Betlehem tal-Lhudija fi zmien is-Sultan Erodi, ara, magi mill-lvant gew Gerusalemm, Ighidu: Fejn hu dak li twieled Sultan tal-Lhud? Ghax ahna rajna l-kewkba tieghu fil-lvant, u gejna biex naghtuh qima [lil Gesu’]. Mattew 2:1-2.
Qallu mbaghad Gesu’: Itlaq ‘il hemm, Satana; ghax hu miktub: Aghti qima lill-Mulej Alla tieghek, u lilu biss aqdi. Mattew 4:10.
U, ara, gie wiehed imgiddem u tah qima [lil Gesu’], billi qal: Mulej, jekk trid, tista’ tnaddafni. Mattew 8:2.
Waqt li kien ikellimhom fuq dawn il-hwejjeg, ara, gie wiehed kap tas-sinagoga, u tah qima [lil Gesu’], hu u jghid: Binti ghadha kemm mietet issa: izda ejja, u qieghed idek fuqha, u tghix. Mattew 9:18.
Imbaghad dik giet u tatu qima [lil Gesu’], hi u tghidlu: Mulej, ghinni. Mattew 15:25.
U huma u sejrin biex ighidu lid-dixxipli tieghu, ara, Gesu’ ltaqa’ maghhom, u qalilhom: Is-sliem ghalikom. U resqu, u qabdulu riglejh, u qimuh. Mattew 28:9.
U huma qimuh [lil Gesu’], u regghu lejn Gerusalemm b’ferh kbir. Luqa 24:52.
U qal: Mulej, nemmen. U tah qima [lil Gesu’]. Gwann 9:38.
Hu u jghid [l-anglu] b’lehen qawwi: Ibzghu minn Alla, u aghtuh glorja; ghax waslet is-siegha tal-haqq tieghu: u aghtuh qima lil dak li ghamel is-sema, u l-art, u l-bahar, u l-ghejun ta’ l-ilmijiet. Ir-Rivelazzjoni [bil-Grieg l-Apokalissi] 14:7.
INXTEHET F’RIGLEJN ALLA
Malli ra dan, Xmun Pietru nxtehet f’riglejn Gesu’ jghid: Tbieghed minni; ghax jien ragel midneb, o Mulej. Luqa 5:8.
U xhin rat il-mara li nkixfet, resqet imrieghda, u nxtehtet quddiemu [Gesu’], u gharrfitu quddiem il-poplu kollu l-ghala messitu, u kif fieqet f’daqqa. Luqa 8:47.
U wiehed minnhom, kif ra li fieq, raga’ lura, u b’lehen gholi fahhar lil Alla. U nxtehet wiccu fl-art f’riglejh, jizzihhajr: u dan kien Samaritan. U wiegeb Gesu’, u qal: Mhux ghaxra ndafu? Imma fejn huma d-disgha l-ohra? Ma nsab hadd min jarga’ lura biex ifahhar lil Alla, hlief dan il-barrani? Luqa 17:15-18.
Imbaghad xhin giet Marija fejn kien Gesu’, u ratu, inxtehtet f’riglejh, u qaltlu: Mulej, kieku kont hawn, hija ma mietx. Gwann 11:32.
U xhin Pietru kien diehel, Korneljus iltaqa’ mieghu, u nxtehet f’riglejh, u tah qima. Imma Pietru qajmu, u qallu: Qum, jien bniedem ukoll. Atti 10:25-26.
U meta rajtu, inxhett f’riglejh [Gesu’ Kristu] bhal mejjet. U qieghed idu l-leminija fuqi, hu u jghidli: La tibzax; jiena l-ewwel u l-ahhar. Ir-Rivelazzjoni 1:17.
U jien [Gwanni] inxhett f’riglejh biex naghtih qima [lill-anglu]. U qalli: Ara li ma taghmilx dan: jien il-qaddej tieghek, u ta’ hutek li ghandhom ix-xhieda ta’ Gesu’: aghti qima lil Alla: ghax ix-xhieda ta’ Gesu’ hi l-ispirtu tal-profezija. Ir-Rivelazzjoni 19:10.
U jien Gwanni rajt dawn il-hwejjeg, u smajthom. U meta rajt u smajt, inxhett biex inqim f’riglejn l-anglu, li wrieni dawn il-hwejjeg. Imbaghad qalli: Ara li ma taghmilx dan: ghax jien il-qaddej tieghek, u ta’ hutek il-profeti, u ta’ dawk li jharsu l-kliem ta’ dal-ktieb: aghti qima lil Alla. Ir-Rivelazzjoni 22:8-9.
GHARKUBBTEJH QUDDIEM ALLA
U meta gew fejn il-gemgha tan-nies, resaq lejh wiehed ragel, u nizel gharkubbtejh quddiemu [Gesu’]. Mattew 17:14.
Imbaghad resqet lejh omm ulied Zebedew ma’ wliedha, nizlet gharkubbtejha quddiemu [Gesu’], u tixtieq xi haga minn ghandu. Mattew 20:20.
U wara li hareg fit-triq, gie wiehed jigri, u qaghad gharkubbtejh quddiemu [Gesu’], u staqsieh: Mghallem tajjeb, x’naghmel biex niret il-hajja ta’ dejjem? Mark 10:17.
Ghax hu miktub: Daqskemm jien haj, ighid il-Mulej, kull irkoppa tiltewa quddiemi, u kull ilsien jistqarr lil Alla. Rumani 14:11.
ALLA JAF QALBKOM
U Gesu’ gharaf hsibijiethom, u qalilhom: Kull saltna maqsuma kontra taghha nfisha titharbat; u kull belt jew dar maqsuma kontra taghha nfisha, ma zzommx. Mattew 12:25.
Izda xhin Gesu’ gharaf hsibijiethom, wiegeb, billi qalilhom: X’intom tghidu f’qalbkom? Luqa 5:22.
Izda hu [Gesu’] kien jaf hsibijiethom, u qal lir-ragel li kellu idu niexfa: Qum, u ghoqod fin-nofs. U dak qam u qaghad bil-wieqfa. Luqa 6:8.
U Gesu’, billi gharaf il-hsieb ta’ qalbhom, ha tifel zghir, u qieghdu hdejh. Luqa 9:47.
U qalilhom [Gesu’]: Intom dawk li tiggustifikaw ruhkom quddiem il-bnedmin; izda Alla jaf qalbkom; ghax dak li hu gholi hafna fost il-bnedmin, hu mistkerrah quddiem Alla. Luqa 16:15.
U qalilhom [Gesu’]: ghaliex intom imhawdin? U ghaliex iqumu hsibijiet f’qalbkom? Luqa 24:38.
U talbu, u qalu: Int, Mulej, li taghraf il-qlub tal-bnedmin kollha, uri lil min ghazilt minn dawn it-tnejn. Atti 1:24.
Ghalhekk la taghmlu haqq minn xejn qabel il-waqt, sa ma jigi l-Mulej, li jdawwal il-hwejjeg mohbija tad-dlam, u jikxef il-fehmiet tal-qlub: u mbaghad kulhadd jiehu t-tifhir minghand Alla. 1 Korintin 4:5.
ALLA KOLLOX JAF
U ma kienx jahtieglu [Gesu’] li xi hadd jixhidlu fuq il-bniedem: ghax kien jaf x’hemm fil-bniedem. Izda Gesu’ ma kienx jafda ruhu fihom, ghax kien jaf lil kulhadd. Gwann 2:24-25.
U hafna Samaritani minn dik il-belt emmnu bih [Gesu’] minhabba kliem il-mara, li xehdet: Qalli kulma ghamilt. Gwann 4:39.
U dan qalu biex igarrbu; ghax hu [Gesu’] kien jaf x’sa jaghmel. Gwann 6:6.
Issa nafu li taf kollox, [Gesu’], u ma tahtiegx li wiehed jistaqsik: ghalhekk nemmnu li hrigt minghand Alla. Gwann 16:30.
ALLA WAHDU TAJJEB
U Gesu’ qallu: Ghax tghidli tajjeb? M’hemm hadd tajjeb ghajr wiehed, Alla. Mark 10:18.
Min minnkom isibni [lil Gesu’] hati ta’ xi dnub? U jekk nghid is-sewwa, ghaliex ma temmnunix? Gwann 8:46.
Hu [Kristu] li ma ghamel l-ebda dnub, u li ma nstab ebda qerq f’fommu. 1 Pietru 2:22.
Intom tafu li hu [Kristu] deher biex inehhi dnubietna; u li m’hemm ebda dnub fih. 1 Gwann 3:5.
GESU’ ISALVA MIDINBIN
Biex taghti taghrif fuq is-salvazzjoni lill-poplu tieghu bil-mahfra ta’ dnubiethom. Luqa 1:77.
Din kelma vera, u ta’ min jilqaghha ghalkollox: Kristu Gesu’ gie fid-dinja biex isalva l-midinbin; li fosthom jien l-ewwel wiehed. 1 Timotju 1:15.
ALLA SALVATUR TAGHNA
U Marija qalet: Ruhi tkabbar il-Mulej, U l-ispirtu tieghi jithenna f’Alla s-Salvatur tieghi. Luqa 1:46-47.
U qalu lill-mara: Issa nemmnu, mhux minhabba kliemek: ghax ahna nfusna smajnieh, u nafu li dan hu tassew il-Kristu, is-Salvatur tad-dinja. Gwann 4:42.
U lanqas f’hadd iehor mhemm salvazzjoni: ghax mhemm ebda isem iehor [Gesu’ Kristu] taht is-sema moghti fost il-bnedmin, li bih nistghu nkunu salvati. Atti 4:12.
Ghax ic-cittadinanza taghna hi fis-sema; minn hemm ukoll ahna nistennew is-Salvatur, lil Sidna Gesu’ Kristu. Filippin 3:20.
Ghax ghal dan ahna nithabtu u nsofru t-taghjir, ghaliex ahna nafdaw f’Alla haj, li hu s-Salvatur tal-bnedmin kollha, u specjalment ta’ dawk li jemmnu. 1 Timotju 4:10.
Ghalhekk insofri kollox minhabba l-mahturin, biex huma wkoll jiksbu s-salvazzjoni li hi fi Kristu Gesu’ mal-glorja ta’ dejjem. 2 Timotju 2:10.
Ma jisirqux, imma juru li huma fidili ghal kollox; biex isebbhu t-taghlim ta’ Alla s-Salvatur taghna f’kollox. Titus 2:10.
Nistennew dik it-tama mbierka, u d-dehra glorjuza ta’ Alla l-kbir, u s-Salvatur taghna Gesu’ Kristu. Titus 2:13.
Hekk tinghatalkom fil-wisa’ dahla fis-saltna ta’ dejjem ta’ Sidna u Salvatur taghna Gesu’ Kristu. 2 Pietru 1:11.
Lil Alla wahdu gharef Salvatur taghna, tkun glorja, maesta’, qawwa u setgha, sew issa u kemm ghal dejjem. Amen. Guda 1:25.
GESU’ IL-BIERAH ILLUM
U gara, meta Gesu’ spicca dal-kliem, illi n-nies staghgbu bit-taghlim tieghu: Ghax hu kien ighallimhom bhal wiehed li ghandu s-setgha, u mhux bhall-iskribi.
Mattew 7:28-29.
U kienu mistaghbin bla qjies, billi kienu jghidu: Kollox ghamel tajjeb [Gesu’]: ghamel it-torox jisimghu, u l-imbikkmin jitkellmu. Mark 7:37.
Gesu’ Kristu l-bierah, u llum, hu l-istess, u jibqa’ ghala dejjem. Lhud 13:8.
Jien [Gesu Kristu] hu l-Alfa u l-Omega, il-bidu u t-tmiem, ighid il-Mulej, li hu, u li kien, u li gej, Dak li jista’ kollox. Ir-Rivelazzjoni 1:8.
U meta rajtu, inxhett f’riglejh [Gesu’ Kristu] bhal mejjet. U qieghed idu l-leminija fuqi, hu u jghidli: La tibzax; jiena l-ewwel u l-ahhar. Ir-Rivelazzjoni 1:17.
IL-BNIEDEM KRISTU GESU’
U l-ghada, meta gew minn Betanja, hadu [Gesu’] l-guh. Mark 11:12.
Ghax tweldilkom il-lum fil-belt ta’ David, Salvatur, li hu Kristu l-Mulej. Luqa 2:11.
U Gesu’ kiber fil-gherf u fit-tul, u fil-grazzja ma’ Alla u mal-bnedmin. Luqa 2:52.
Imma huma u sejrin raqad [Gesu’]: u waqa’ fuq il-bhajra riefnu rih; u imtlew bl-ilma, u kienu sejrin jintilfu. U resqu lejh, u qajmuh, billi qalu: Mghallem, mghallem, mitlufin ahna. Imbaghad qam, u canfar ir-rih, u t-tahbit ta’ l-ilma: u huma waqfu, u sar bnazzi. U qalilhom: Fejn hi l-fidi taghkom? U billi bezghu, staghgbu u qalu wiehed lil iehor: Min hu dan! Ghax hu jamar ukoll l-irjieh u l-ilma, u jisimghu minnu. Luqa 8:23-25.
Issa l-bir ta’ Gakobb kien hemm. Mela Gesu’, billi kien ghajjien bil-vjagg tieghu, qaghad hekk bil-qieghda fuq il-bir: u kienet madwar is-sitt siegha. Gwann 4:6.
Ejjew, araw bniedem li qalli kulma ghamilt: dan mhux il-Kristu? Gwann 4:29.
Wiegbu l-ghases: Qatt ebda bniedem ma tkellem bhal dal-bniedem [Kristu]. Gwann 7:46.
Wiegeb u qal: Ragel li jghidulu Gesu’ ghamel it-tajn, u dilek ghajnejja, u qalli: Mur fil-menqgha ta’ Silwah, u nhasel: mort u nhsilt, u hadt id-dawl. Gwann 9:11.
U Gesu’ beka. Gwann 11:35.
Izda xejjen lilu n-nifsu [Kristu Gesu’], u ha fuqu s-sura ta’ qaddej, u kien maghmul fix-xbieha tal-bnedmin. Filippin 2:7.
GESU’ WAHDU MEDJATUR
Ghax hemm Alla wiehed, u medjatur wiehed bejn Alla u l-bnedmin: il-bniedem Kristu Gesu’. 1 Timotju 2:5.
GESU’ HU L-PROFETA
Imbaghad dawk in-nies, xhin raw is-sinjal li kien ghamel Gesu’, qalu: Dan hu tassew il-profeta li ghandu jigi fid-dinja. Gwann 6:14.
Ghax Mose’ tassew qal lill-missirijiet: Il-Mulej Alla taghkom iqajmilkom profeta minn hutkom, bhali; isimghuh [Gesu’ Kristu] f’kulma jghidilkom. Atti 3:22.
Dan hu dak Mose’, li qal lil ulied Izrael: Profeta jqajmilkom il-Mulej Alla taghkom minn fost hutkom, bhali; lilu isimghu [Gesu’]. Atti 7:37.
SALTNA TA’ GESU'
Ghalhekk la darba ahna niksbu saltna li ma tistax tkun imhezhza, ha nzommu l-grazzja, li biha nistghu naqdu lil Alla kif jixraq, bil-gieh u l-biza’. Lhud 12:28.
Hekk tinghatalkom fil-wisa’ dahla fis-saltna ta’ dejjem ta’ Sidna u Salvatur taghna Gesu’ Kristu. 2 Pietru 1:11.
XHIEDA TA’ GESU’
U jien [Gwanni] inxhett f’riglejh biex naghtih qima [lill-anglu]. U qalli: Ara li ma taghmilx dan: jien il-qaddej tieghek, u ta’ hutek li ghandhom ix-xhieda ta’ Gesu’: aghti qima lil Alla: ghax ix-xhieda ta’ Gesu’ hi l-ispirtu tal-profezija. Ir-Rivelazzjoni 19:10.
Miktub minn Renald Williams