|
1. L-Iskritturi Mqaddsa 1. L-Iskrittura Mqaddsa hi l-unika regola sufficjenti, certa u infallibbli ta' kull taghrif salviviku, fidi, u ubbidjenza.1 Ghalkemm id-dawl tan-natura u l-ghemejjel tal-holqien u l-providenza jimmanifestaw sewwa t-tjieba, l-gherf, u l-qawwa t'Alla tant li l-bniedem hu mholli minghajr ebda skuza, madankollu mhumiex sufficjenti biex jipprovdu dak it-taghrif t'Alla u tar-rieda tieghu li hu mehtieg ghas-salvazzjoni.2 Ghalhekk ghogob lill-Mulej jirrevela lilu nnifsu f'hafna porzjonijiet u b'modi diversi, u jiddikjara r-rieda tieghu lill-knisja tieghu;3 u izjed tard, sabiex il-Verita’ tkun prizervata u propagata ahjar, u biex il-knisja tieghu tkun aktar stabbilita fis-sod u mfarrga, billi jipprotegiha mill-korruzzjoni tal-laham u l-malizzja ta' Satana u d-dinja, ghogob lill-Mulej li jikkommetti l-Verita’ rivelata tieghu kompletament fil-kitba. Ghalhekk l-Iskritturi Mqaddsa huma assolutament necessarji, billi l-modijiet mghoddija li bihom Alla rrevela l-volonta’ tieghu lil niesu issa waqfu.4 1 2 Tim.3:15-17; Isa.8:20; Lq.16:29-31; Ef.2:20 2 Rum.1:19-21 ecc.; Rum.2:14-15; Salm 19:1-3. 3 Eb.1:1. 4 Prov.22:19-21; Rum.15:4; 2 Pt.1:19-20. 2. Taht it-titolu ta' Skrittura Mqaddsa (jew il-Kelma miktuba t'Alla) issa huma kontenuti dawn il-kotba kollha li gejjin tal-Patt il-Qadim u l-Gdid:- IL-PATT IL-QADIM Genesi, Ezodu, Levitku, Numri, Dewteronomju, Gozwe’, Imhallfin, Rut, 1 & 2 Samwel, 1 & 2 Slaten, 1 & 2 Kronaki, Esdra, Nehemija, Ester, Gob, Salmi, Proverbji, Ekklezjazti, Ghanja ta' Salamun, Isaija, Geremija, Lamentazzjonijiet, Ezekjel, Danjel, Hosegha, Goel, Ghamos, Ghabdija, Gona, Mikea, Nahum, Habaqquq, Sofonija, Haggaj, Zakkarija, Malakija.IL-PATT IL-GDID Mattew, Mark, Luqa, Gwanni, Atti, Rumani, 1 & 2 Korintin, Galatin, Efesin, Filippin, Kolossin, 1 & 2 Tessalonkin, 1 & 2 Timotju, Titus, Filemon, Ebrej, Gakbu, 1 & 2 Pietru, 1, 2 & 3 Gwanni, Guda, Rivelazzjoni. Dawn il-kotba kollha huma moghtija b'ispirazzjoni minn Alla biex ikunu r-regola ta' fidi u hajja.5 5 2 Tim.3:16. 3. Il-kotba maghrufa bhala 'l-Apokrifa', billi nieqsa mill-ispirazzjoni divina, ma jifformawx parti mill-qanun jew regola ta' l-Iskrittura u ghaldaqstant m'ghandhom ebda awtorita’ fuq il-knisja t'Alla, u lanqas m'ghandhom ikunu approvati jew utilizzati b'mod differenti minn kitbiet umani ohra.66 Lq.24:27,44; Rum.3:2. 4. L-awtorita’ ta' l-Iskrittura Mqaddsa, li minhabba fiha ghandha tkun emmnuta, ma tiddependix fuq it-testimonjanza ta' kwalunkwe bniedem jew knisja, izda kompletament fuq Alla l-Awtur taghha (li hu l-Verita’ nnifsu). Ghalhekk ghandha tkun milqugha ghaliex hi l-Kelma t'Alla.77 2 Pt.1:19-21; 2 Tim.3:16; 1 Tess.2:13; 1 Gw.5:9. 5. Bix-xhieda tal-poplu t'Alla nistghu nkunu mhajra u mgieghla nrawwmu fina stima gholja u reverenti lejn l-Iskritturi Mqaddsa. B'mod simili nistghu nkunu affettwati bin-natura ta' l-Iskritturi: il-kontenut smewwieti taghhom, id-dottrina effikaci, il-majesta’ ta' l-istil, il-kunsens bejn il-partijiet kollha, l-iskop tat-totalita’ taghhom, li hu l-ghoti ta' kull glorja lil Alla, kif jikxfulna fis-shih l-uniku mod ghas-salvazzjoni tal-bniedem, flimkien ma' hafna eccellenzi inkomparabbli ohra u perfezzjonijiet shah. B'din l-evidenza kollha l-Iskrittura taghti prova aktar minn bizzejjed li hi l-Kelma t'Alla. Minkejja dan kollu, il-perswazjoni shiha taghna u l-assigurazzjoni tal-verita’ infallibbli ta' l-Iskrittura u l-awtorita’ divina taghha, tigi mill-hidma gewwiena ta' l-Ispirtu s-Santu hu u jixhed bil-Kelma u maghha fi qlubna.8 8 Gw.16:13-14; 1 Kor.2:10-12; 1 Gw.2:20,27. 6. Il-fehma shiha t'Alla rigward il-hwejjeg kollha mehtiega ghall-glorja tieghu stess, is-salvazzjoni tal-bniedem, il-fidi u l-hajja tieghu, hi espressament imnizzla jew inkella necessarjament kontenuta fl-Iskrittura Mqaddsa, li maghha m'ghandu jkun mizjud xejn f'ebda zmien, la b'rivelazzjoni gdida ta' l-Ispirtu u lanqas bit-tradizzjonijiet tal-bnedmin.9 Madankollu naghrfu l-illuminazzjoni gewwiena ta' l-Ispirtu t'Alla bhala necessarja ghall-fehma salvivika tat-tali hwejjeg kif inhuma rivelati fil-Kelma.10 Hemm xi cirkostanzi rigward il-qima t'Alla u l-gvern tal-knisja li huma komuni ghall-azzjonijiet u socjetajiet umani, li ghandhom ikunu determinati fid-dawl tan-natura u l-prudenza Kristjana, skond ir-regoli generali tal-Kelma li dejjem ghandhom ikunu osservati.11 9 2 Tim.3:15-17; Gal.1:8-9. 10 Gw.6:45; 1 Kor.2:9-12. 11 1 Kor.11:13-14; 14:26,40. 7. Il-hwejjeg kollha fl-Iskrittura mhumiex ugwalment semplici fihom infushom, u lanqas ugwalment cari ghal kulhadd,12 madankollu dawk il-hwejjeg li huma necessarji li jkunu maghrufa, emmnuti u osservati ghas-salvazzjoni, huma tant ipproponuti u rivelati fic-car f'xi post jew iehor fl-Iskrittura, li mhux biss l-edukati izda wkoll dawk bla tahrig jistghu jottjienu fehma sufficjenti taghhom bl-uzu xieraq ta' mezzi ordinarji.13 12 2 Pt.3:16. 13 Salm 19:7; 119:130. 8. Il-Patt il-Qadim bl-Ebrajk (li kienet il-lingwa nattiva tan-nies tal-qedem t'Alla),14 u l-Patt il-Gdid bil-Grieg (li meta nkiteb kien l-ilsien l-izjed maghruf generalment mill-gnus) kienu direttament imnebbha minn Ala, u nzammu safja matul iz-zminijiet sussegwenti bil-harsien straordinarju u l-providenza tieghu. Ghaldaqstant huma awtentici, tant li fil-kontroversji kollha tar-religjon il-knisja jehtigilha tappella ghalihom bhala finali.15 Imma peress li dawn l-ilsna originali mhumiex familjari ghan-nies kollha t'Alla li ghandhom dritt ghall-Iskritturi u interess fihom, u li huma kmandati jaqrawhom16 u jfittxuhom17 fil-biza' t'Alla, l-Iskritturi ghandhom ghalhekk ikunu tradotti ghal-lingwa ordinarja ta' kull gens fejn jaslu,18 biex hekk, bil-Kelma t'Alla tghammar bil-ghana f'kulhadd, in-nies tkun tista' tqim 'l Alla b'manjiera accettabbli, u permezz tas-sabar u l-farag ta' l-Iskritturi jkollha t-tama.19 14 Rum.3:2. 15 Isa.8:20. 16 Atti 15:15. 17 Gw.5:39. 18 1 Kor.14:6,9,11-12,24,28. 19 Kol.3:16; Rum.15:4. 9. Ir-regola infallibbli ghall-interpretazzjoni ta' l-Iskrittura hi l-Iskrittura nfisha, u ghalhekk kull meta tinqala' kwistjoni dwar is-sens veru u shih ta' kwalunkwe skrittura (li mhix moltiplici, izda wahda), jehtieg tkun mifhuma fid-dawl ta' passi ohra li jitkellmu izjed fic-car.20 20 2 Pt.1:20-21; Atti 15:15-16. 10. L-imhallef suprem, li bih il-kontroversji kollha tar-religjon ghandhom ikunu determinati, u li bih ghandhom ikunu ezaminati d-digrieti kollha tal-koncilji, l-opinjonijiet ta' kittieba antiki, u d-dottrini tal-bnedmin u hassieba individwali ma jista' jkun hadd hlief l-Iskrittura Mqaddsa, moghtija mill-Ispirtu. U bil-verdett ta' l-Iskrittura ghandna nkunu sodisfatti, ghaliex huwa fl-Iskrittura, imwassla lilna mill-Ispirtu, li l-fidi taghna hi finalment rizolvuta.21 21 Mt.22:29-32; Ef.2:20; Atti 28:23. 2. Alla u t-Trinita’ Mqaddsa 1. Il-Mulej Alla taghna hu l-uniku Alla haj u veru;1 li s-sussistenza tieghu hi fih u minnu nnifsu;2 li hu infinit fl-esseru u l-perfezzjoni; li l-essenza tieghu ma tista' tkun mifhuma minn hadd hlief minnu nnifsu;3 li hu spirtu mill-izjed pur,4 invizibbli, bla gisem, partijiet, jew passjonijiet; li wahdu jippossiedi l-immortalita’; li jghammar fid-dawl li ebda bniedem ma jista' jersaq lejh,5 li hu immutabbli,6 immens,7 etern,8 inkomprensibbli, omnipotenti,9 b'kull mod infinit, mill-aktar qaddis,10 wisq gharef, wisq hieles, wisq assolut; li jahdem il-hwejjeg kollha skond il-pjan tar-rieda immutabbli u l-izjed gusta tieghu,11 ghall-glorja tieghu nnifsu;12 li hu mhabba, juri grazzja, hniena, sabar, u abbondanti fit-tjieba u verita’; li jahfer l-inikwita’, it-trasgressjoni, u d-dnub; li jippremja lil dawk li jfittxuh b'diligenza;13 u li, fl-istess hin, hu l-aktar gust u terribbli fil-gudizzji tieghu,14 billi jobghod kull dnub,15 u li b'ebda mod ma jiffrankaha lill-hatja.16 1 1 Kor.8:4-6; Dewt.6:4. 2 Ger.10:10; Isa.48:12. 3 Ez.3:14. 4 Gw.4:24. 5 1 Tim.1:17; Dewt.4:15-16. 6 Mal.3:6. 7 1 Slaten 8:27; Ger.23:23-24. 8 Salm 90:2. 9 Gen.17:1. 10 Isa.6:3. 11 Salm 115:3; Isa.46:10. 12 Prov.16:4; Rum.11:36. 13 Ez.34:6-7; Eb.11:6. 14 Neh.9:32-33. 15 Salm 5:5-6. 16 Ez.34:7; Nah.1:2-3. 2. Alla, billi ghandu kull hajja,17 glorja,18 tjieba19 u barka fih u minnu nnifsu, huwa uniku filli hu sufficjenti f'kollox, kemm fih innifsu u ghalih innifsu, bla m'ghandu bzonn ta' xi hlejqa kwalunkwe li ghamel, u lanqas ma jidderivi kwalunkwe glorja mill-hlejjaq.20 Ghall-kuntrarju, huwa Alla li jimmanifesta l-glorja tieghu stess fihom, permezz taghhom, lilhom u fuqhom. Huwa l-uniku sors ta' kull esseru; minnu, bih, u ghalih il-hwejjeg kollha jezistu u jitharrku.21 Ghandu dominju kompletament sovran fuq il-hlejjaq kollha, biex jaghmel bihom, ghalihom, jew lilhom kwalunkwe haga li toghgbu.22 Quddiemu l-hwejjeg kollha huma fl-apert u ovvji;23 it-taghrif tieghu huwa infinit, infallibbli, u ma jiddependix fuq il-kreatura. Ghalhekk, xejn mhu ghalih kontingenti jew incert.24 Hu l-aktar qaddis fl-ghanijiet kollha tieghu, fl-opri kollha tieghu,25 u fl-ordnijiet kollha tieghu. Lilu misthoqqa kwalunkwe qima,26 servizz jew ubbidjenza mill-angli u l-bnedmin, li bhala kreaturi huma obbligati jaghtu lill-Hallieq taghhom, u kwalunkwe haga ohra li joghgbu jirrekjiedi minnhom. 17 Gw.5:26. 18 Salm 148:13. 19 Salm 119:68. 20 Gob 22:2-3. 21 Rum.11:34-36. 22 Dan.4:25,34-35. 23 Eb.4:13. 24 Ezek.11:5; Atti 15:18. 25 Salm 145:17. 26 Riv.5:12-14. 3. F'dan l-Esseru divin u infinit hemm tlett sussistenzi: il-Missier, il-Kelma jew l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu.27 Ilkoll huma wiehed fis-sustanza, setgha, u eternita’; kull wiehed ghandu l-essenza divina shiha, madankollu din l-essenza mhix diviza.28 Il-Missier mhux derivat minn xi esseru iehor; ma kienx migjub fl-ezistenza minn xi iehor, u lanqas hareg minn xi hadd iehor. L-Iben hu eternament imnissel mill-Missier.29 L-Ispirtu s-Santu jipprociedi mill-Missier u l-Iben.30 It-Tlieta huma lkoll infiniti, bla bidu, u ghaldaqstant huma Alla wiehed biss, li m'ghandux ikun maqsum fin-natura u l-esseru, imma distint b'diversi proprjetajiet relattivi u pekuljari, kif ukoll fir-relazzjonijiet personali taghhom. Din id-dottrina tat-Trinita’ hija l-pedament tal-komunjoni kollha taghna m'Alla, u d-dipendenza konfortabbli taghna fuqu. 27 1 Gw.5:7; Mt.28:19; 2 Kor.13:14. 28 Ez.3:14; Gw.14:11; 1 Kor.8:6. 29 Gw.1:14,18. 30 Gw.15:26; Gal.4:6. 3. Id-Digriet t'Alla 1. Alla ddigrieta fih innifsu mill-eternita’ kollha, bil-fehma l-izjed gharfa u qaddisa tar-rieda tieghu stess, liberament u immutabbilment, il-hwejjeg kollha li qatt ghad isehhu;1 madankollu b'tali mod li Alla la hu l-awtur tad-dnub u lanqas m'ghandu xirka ma' xi hadd2 fl-ghemil tad-dnubiet, u lanqas mhi offruta vjolenza ghar-rieda tal-kreatura, u jerga' lanqas mhi l-liberta’ jew il-kontingenza ta' kawzi sekondarji mnehhija izda aktarx stabbilita.3 F'dan kollu hu esibit l-gherf t'Alla, li jiddisponi l-hwejjeg kollha, kif ukoll il-qawwa u l-fedelta’ tieghu fit-twettiq tad-digriet tieghu.4 1 Isa.46:10; Ef.1:11; Eb.6:17; Rum.9:15,18. 2 Gak.1:13-15; 1 Gw.1:5. 3 Atti 4:27-28; Gw.19:11. 4 Num.23:19; Ef.1:3-5. 2. Ghalkemm Alla jaf kulma jista' jew hu possibbli li jsehh taht il-kondizzjonijiet immaginabbli kollha,5 madankollu ma ddigrieta xejn ghax rah minn qabel fil-futur, jew ghax kellu jsehh taht certi kondizzjonijiet. 5 Atti 15:18. 6 Rum.9:11-18. 3. Bid-digriet t'Alla, ghall-manifestazzjoni tal-glorja tieghu, xi bnedmin u angli huma predestinati jew mahtura minn qabel ghall-hajja eterna permezz ta' Gesu’ Kristu,7 ghat-tifhir tal-grazzja glorjuza tieghu.8 L-ohrajn huma mhollija jagixxu fi dnubhom ghall-kundanna gusta taghhom, ghat-tifhir tal-gustizzja glorjuza tieghu.9 7 1 Tim.5:21; Mt.25:34. 8 Ef.1:5-6. 9 Rum.9:22-23; Guda 4. 4. Dawk l-angli u l-bnedmin hekk predestinati u mahtura minn qabel huma partikolarment u immutabbilment maghrufa, u l-ghadd taghhom hu tant cert u definit, li la jista' jizdied u lanqas jitnaqqas.10 10 2 Tim.2:19; Gw.13:18. 5. Dawk mill-umanita’ li huma predestinati ghall-hajja, Alla ghazel minn qabel tisjis id-dinja, skond l-ghan etern u immutabbli tieghu u l-fehma sigrieta u l-ghogba tajba tar-rieda tieghu. Alla ghazilhom fi Kristu ghall-glorja dejjiema, purament sforz il-grazzja hielsa u l-imhabba tieghu,11 minghajr ebda haga fil-hlejqa bhala kondizzjoni jew kawza li gaghlitu jaghzel.11 11 Ef.1:4,9,11; Rum.8:30; 2 Tim.1:9; 1 Tess.5:9. 12 Rum.9:13-16; Ef.2:5,12. 6. Bhalma Alla hatar il-maghzulin ghall-glorja, hekk ukoll, bl-intenzjoni eterna u kompletament hielsa tar-rieda tieghu, hatar minn qabel il-mezzi kollha.13 Allura, dawk maghzula, imwaqqa' f'Adam, huma mifdija minn Kristu,14 huma effettivament imsejha ghall-fidi fi Kristu bl-Ispirtu tieghu li jopera fiz-zmien imwaqqat, huma gustifikati, adottati, santifikati,15 u huma mizmuma bis-setgha tieghu permezz tal-fidi ghas-salvazzjoni;16 u lanqas hadd hlief il-maghzulin mhuma mifdija minn Kristu, effettivament imsejha, gustifikati, adottati, santifikati, u salvati.17 13 1 Pt.1:2; 2 Tess.2:13. 14 1 Tess.5:9-10. 15 Rum.8:30; 2 Tess.2:13. 16 1 Pt.1:5. 17 Gw.10:26; 17:9; 6:64. 7. Id-dottrina ta' dan il-misterju kbir tal-predestinazzjoni ghandha tkun trattata bi prudenza u ghaqal specjali, sabiex il-bnedmin li qed jaghtu kas ir-rieda t'Alla rivelata fil-Kelma tieghu, u jobduha, ikunu jistghu, mic-certezza tal-vokazzjoni effikacja taghhom ikunu assigurati mill-ghazla eterna taghhom.18 Hekk din id-dottrina tipprovdi kawza ghal tifhir,19 reverenza, ammirazzjoni lejn Alla, kif ukoll tqanqal l-umilta’,20 diligenza, u farag abbondanti ghal dawk kollha li sincerament jobdu l-Evangelju.21 18 1 Tess.1:4-5; 2 Pt.1:10. 19 Ef.1:6; Rum.11:33. 20 Rum.11:5-6,20. 21 Lq.10:20. 4. Il-Holqien 1. Fil-bidu ghogob lil Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu,1 ghall-manifestazzjoni tal-glorja tal-qawwa eterna,2 l-gherf u t-tjieba tieghu, li johloq jew jaghmel id-dinja u l-hwejjeg kollha fiha kemm vizibbli u invizibbli, f'temp ta' sitt ijiem, u kollox tajjeb wisq.3 1 Gw.1:2-3; Eb.1:2; Gob 26:13. 2 Rum.1:20. 3 Kol.1:16; Gen.1:31. 2. Wara li Alla kien ghamel il-hlejjaq l-ohra kollha, halaq lill-bniedem, ragel u mara,4 b'erwieh ragonevoli u immortali,5 u rrendihom kapaci jghixu dik il-hajja ghalih li ghaliha kien halaqhom; ghamilhom fix-xbieha t'Alla, fit-taghrif, gustizzja u qdusija vera;6 bil-ligi t'Alla miktuba fi qlubhom,7 u bil-qawwa li jwettquha; u madankollu jghixu taht possibbilta’ ta' trasgressjoni, billi hallihom fil-liberta’ tar-rieda taghhom stess, li kienet suggetta ghall-bidla.8 4 Gen.1:27. 5 Gen.2:7. 6 Ekk.7:29; Gen.1:26. 7 Rum.2:14-15. 8 Gen.3:6. 3. Minbarra l-ligi miktuba fi qlubhom, ircevew kmand biex ma jiklux mis-sigra tat-taghrif tat-tajjeb u l-hazen.9 Sakemm zammew dan il-kmand kienu hienja fil-komunjoni taghhom m'Alla, u kellhom dominju fuq il-kreaturi l-ohra kollha.10 9 Gen.2:17. 10 Gen.1:26,28. 5. Il-Providenza Divina 1. Alla, il-Hallieq tajjeb tal-hwejjeg kollha, fis-setgha infinita u l-gherf tieghu, izomm, jidderiegi, jiddisponi u jiggverna l-hlejjaq u l-hwejjeg kollha,1 mill-ikbar sa l-izghar,2 bil-providenza qaddisa u l-izjed gharfa tieghu, ghat-tmiem li ghalih kienu mahluqa. Alla jiggverna skond it-taghrif minn qabel u infallibbli tieghu u l-pjan hieles u immutabbli tar-rieda tieghu stess; ghat-tifhir tal-glorja ta' l-gherf, is-setgha, il-gustizzja, it-tjieba bla tarf u l-hniena tieghu.3 1 Eb.1:3; Gob 38:11; Isa.46:10-11; Salm 135:6. 2 Mt.10:29-31. 3 Ef.1:11. 2. Ghalkemm fir-relazzjoni mat-taghrif minn qabel u d-digriet t'Alla, li hu l-Ewwel Kawza, il-hwejjeg kollha jigru immutabbilment u infallibbilment,4 hekk li xejn ma jsehh lil xi hadd bix-xorti, jew barra l-providenza tieghu,5 madankollu bil-providenza tieghu jordna l-avvenimenti biex isehhu skond in-natura ta' kawzi sekondarji, sew necessarjament, liberament jew kontingentament.6 4 Atti 2:23. 5 Prov.16:33. 6 Gen.8:22. 3. Alla, fil-providenza ordinarja tieghu, jaghmel uzu mill-mezzi,7 madankollu hu liberu li jahdem barra minnhom,8 fuqhom9 u kontrihom10 skond kif joghgbu. 7 Atti 27:31,44; Isa.55:10-11. 8 Hos.1:7. 9 Rum.4:19-21. 10 Dan.3:27. 4. Il-qawwa omnipotenti, l-gherf inezawribbli u t-tjieba infinita t'Alla tant jimmanifestaw lilhom infushom fil-providenza tieghu li l-pjan determinat tieghu jestendi mqar ghall-ewwel waqa' u l-azzjonijiet midinba l-ohra kollha, kemm ta' l-angli kif ukoll tal-bnedmin.11 Dan mhux b'semplici permess, imma b'forma ta' permess li fih inkluda l-limitazzjonijiet l-izjed gharfa u qawwija, u mezzi ohra biex jirrestringi u jikkontrolla d-dnub.12 Dawn il-limitazzjonijiet diversi huma ddisinnjati minn Alla biex iwettaq l-ghanijiet l-izjed qaddisa tieghu.13 Madankollu, f'dawn il-hwejjeg kollha, l-agir midneb ta' l-angli u l-bnedmin jigi biss minnhom u mhux minn Alla, li hu ghalkollox qaddis u gust, u qatt ma jista' jkun l-awtur tad-dnub jew japprovah.14 11 Rum.11:32-34; 2 Sam.24:1; 1 Kron.21:1. 12 2 Slaten 19:28; Salm 76:10. 13 Gen.50:20; Isa.10:6,7,12. 14 Salm 50:21; 1 Gw.2:16. 5. Alla l-aktar gharef, gust u mimli grazzja sikwit ihalli, ghal xi zmien, lill-istess uliedu biex jghaddu minn tigrib divers, u jhallihom ukoll ghall-korruzzjonijiet ta' qlubhom, sabiex jiddixxiplinahom ghad-dnubiet li jkunu kkommettew, jew biex jurihom is-setgha mistura tat-tahsir u l-qerq li ghadhom fi qlubhom, halli hekk ikunu umiljati u mqanqla ghal dipendenza eqreb u izjed kostanti fuqu ghat-twezin taghhom, u halli jkunu maghmula izjed vigilanti kontra okkazzjonijiet gejjiena tad-dnub. Oggettivi gusti u qaddisa ohra huma wkoll milhuqa bit-tali azzjoni minn Alla.15 Ghalhekk kulma jigri lil kwalunkwe wiehed mill-maghzulin tieghu huwa bil-hatra tieghu, ghas-sebh tieghu, u ghall-gid taghhom.16 15 2 Kron.32:25-31; 2 Kor.12:7-9. 16 Rum.8:28. 6. Inkwantu dawk in-nies hziena u irreverenti li Alla bhala mhallef gust, jaghmi u jwebbes17 ghad-dnub passat, minnhom mhux biss izomm lura l-grazzja tieghu, li biha setghu jkunu mdawwla fil-fehma taghhom u affettwati fi qlubhom,18 imma kultant ukoll jirtiralhom l-ghotjiet li kellhom19 u jesponihom ghal certi sitwazzjonijiet li l-istat korrott taghhom jaqlibhom f'okkazzjoni ta' dnub.20 Alla jitlaqhom ghal-leblibiet taghhom stess, ghat-tentazzjonijiet tad-dinja u l-qawwa ta' Satana,21 hekk li eventwalment iwebbsu lilhom infushom taht l-istess influwenzi li Alla juza biex irattab lill-ohrajn.22 17 Rum.1:24-28; 11:7-8. 18 Dewt.29:4. 19 Mt.13:12. 20 Dewt.2:30; 2 Slaten 8:12-13. 21 Salm 81:11-12; 2 Tess.2:10-12. 22 Ez.8:15,32; Isa.6:9-10; 1 Pt.2:7-8. 7. Bhalma l-providenza t'Alla eneralment tilhaq lill-hlejjaq kollha, hekk, b'manjiera izjed specjali, tiehu hsieb il-knisja tieghu u tiggverna l-hwejjeg kollha ghall-gid tal-knisja.23 23 1 Tim.4:10; Gham.9:8-9; Isa.43:3-5. 6. Il-Waqa' tal-Bniedem, id-Dnub u l-Kastig Tieghu 1. Ghalkemm Alla halaq lill-bniedem dritt u perfett, u tah ligi gusta, li kienet tassiguralu l-hajja sakemm baqa' jzommha, u ghalkemm Alla wissih li jmut jekk jiksirha,1 madankollu il-bniedem ma ghexx fit-tul f'dan il-gieh. Satana nqeda bis-sottilita’ tas-serp biex jeghleb lil Eva, biha sseduca lil Adam, u hu, minghajr ma kien imgieghel, ghax ried hu ttrasgressa l-ligi tal-holqien taghhom u l-kmand moghti lilhom billi kiel mill-frott projbit.2 U Alla ghogbu jippermetti dan l-att skond il-ghan gharef u qaddis tieghu, billi kellu l-intenzjoni jidderigih ghall-glorja tieghu stess.1 Gen.2:16-17. 2 Gen.3:12-13; 2 Kor.11:3. 2. L-ewwel genituri taghna, b'dan id-dnub, waqghu mill-gustizzja originali u komunjoni m'Alla, u ahna fihom. Ghax minn dan, il-mewt giet fuq kulhadd:3 ilkoll saru mejta fid-dnub4 u kompletament imniggsa fil-fakoltajiet u partijiet kollha tar-ruh u l-gisem.5 3 Rum.3:23. 4 Rum.5:12-21. 5 Tit.1:15; Gen.6:5; Ger.17:9; Rum.3:10-19. 3. Billi kienu l-gherq, u bil-hatra t'Alla, imqieghda minflok l-umanita’ kollha, il-htija ta' dan id-dnub kienet imputata, u n-natura korrotta taghhom mghoddija, lill-posterita’ kollha taghhom li harget minnhom b'generazzjoni ordinarja.6 Id-dixxendenti taghhom huma ghalhekk ikkonceputi fid-dnub,7 u huma minn natura wlied il-ghadab,8 il-qaddejja tad-dnub, u s-suggetti tal-mewt9 u l-mizerji l-ohra kollha, spiritwali, temporali u eterni, jekk kemm-il darba l-Mulej Gesu’ ma jehlishomx.10 6 Rum.5:12-19; 1 Kor.15:21-22,45,49. 7 Salm 51:5; Gob 14:4. 8 Ef.2:3. 9 Rum.6:20; 5:12. 10 Eb.2:14-15; 1 Tess.1:10. 4. It-trasgressjonijiet attwali kollha jipprociedu minn din il-korruzzjoni originali,11 li biha ninsabu indisposti ghalkollox, inkapacitati u maghmulin avversivi ghal kull tajjeb, u kompletament inklinati lejn kull hazen.12 11 Gak.1:14-15; Mt.15:19. 12 Rum.8:7; Kol.1:21. 5. Matul din il-hajja l-korruzzjoni tan-natura tibqa' f'dawk rigenerati,13 u ghalkemm hi mahfura u mortifikata permezz ta' Kristu, madankollu din in-natura korrotta u l-mozzjonijiet kollha taghha huma verament u propjament midinba.14 13 Rum.7:18,23; Ekk.7:20; 1 Gw.1:8. 14 Rum.7:23-25; Gal.5:17. 7. Il-Patt t'Alla 1. Id-distanza bejn Alla u l-kreatura hi hekk kbira, li ghalkemm kreaturi ragonevoli jmisshom jobduh bhala l-Hallieq taghhom, madankollu qatt ma setghu jilhqu l-premju tal-hajja hlief b'xi kondixxendenza voluntarja minn naha t'Alla, u dan ghogbu jesprimi fl-ghamla ta' patt.1 1 Lq.17:10; Gob 35:7-8. 2. Jerga', billi l-bniedem gab lilu nnifsu taht is-sahta tal-ligi bil-waqa' tieghu, ghogob lill-Mulej li jaghmel patt ta' grazzja.2 F'dan il-patt joffri b'xejn lill-midinbin il-hajja u s-salvazzjoni b'Gesu’ Kristu, filwaqt li jirrekjiedi minnhom fidi fih biex ikunu salvati,3 u jwieghed li jaghti lil dawk kollha mahtura ghall-hajja eterna l-Ispirtu s-Santu tieghu biex jaghmilhom ikunu jridu u kapaci jemmnu.42 Gen.2:17; Gal.3:10; Rum.3:20-21. 3 Rum.8:3; Mk.16:15-16; Gw.3:16. 4 Ezek.36:26-27; Gw.6:44-45; Salm 110:3. 3. Dan il-patt hu rivelat permezz ta' l-Evangelju; l-ewwelnett lil Adam fil-weghda tas-salvazzjoni b'nisel il-mara,5 u izjed tard b'aktar passi sakemm ir-rivelazzjoni shiha tieghu saret kompluta fit-Testment il-Gdid.6 Dan il-patt tas-salvazzjoni jistrieh fuq transazzjoni ta' patt etern bejn il-Missier u l-Iben rigward il-fidwa tal-maghzulin.7 Huwa biss bil-grazzja ta' dan il-patt li d-dixxendenti kollha ta' Adam imwaqqa' li qatt kienu salvati kisbu l-hajja u l-immortalita’ mbierka, ghaliex il-bniedem issa hu kompletament inkapaci li jikseb l-accettazzjoni m'Alla fuq it-termini li kienu japplikaw ghal Adam fl-istat ta' l-innocenza.8 5 Gen.3:15. 6 Eb.1:1-2. 7 2 Tim.1:9; Tit.1:2. 8 Eb.11:6,13; Rum.4:1-5; Atti 4:12; Gw.8:56. 8. Kristu l-Medjatur 1. Ghogob lil Alla, fl-ghan etern tieghu, li jaghzel u jahtar lill-Mulej Gesu’, l-Iben unigenitu tieghu, skond il-patt maghmul bejniethom it-tnejn, biex ikun il-Medjatur bejn Alla u l-bniedem;1 biex ikun Profeta,2 Qassis3 u Sultan,4 ir-Ras u Salvatur tal-Knisja tieghu,5 il-Werriet ta' kollox6 u l-Imhallef tad-dinja kollha.7 Lill-Mulej Gesu’ tah, mill-eternita’ kollha, poplu biex ikun nislu. Dawn, fiz-zmien, kellhom ikunu mifdija, imsejha, gustifikati, imqaddsa u glorifikati mill-Mulej Gesu’.8 1 Isa.42:1; 1 Pt.1:19-20. 2 Atti 3:22. 3 Eb.5:5-6. 4 Salm 2:6; Lq.1:33. 5 Ef.1:22-23. 6 Eb.1:2. 7 Atti 17:31. 8 Isa.53:10; Gw.17:6; Rum.8:30. 2. L-Iben t'Alla, it-tieni persuna tat-Trinita’ Mqaddsa, Alla veru u etern, id-dija tal-glorja tal-Missier, ta' l-istess sustanza u ugwali mieghu; li ghamel id-dinja, u li jzomm u jahkem fuq il-hwejjeg kollha maghmula minnu, meta waslet il-milja taz-zmien, ha fuqu nnifsu n-natura ta' bniedem, bil-proprjetajiet essenzjali u dghufijiet komuni kollha taghha,9 bl-eccezzjoni tad-dnub.10 Kien ikkonceput mill-Ispirtu s-Santu fil-guf tal-vergni Marija, billi l-Ispirtu s-Santu gie fuqha u s-setgha ta' l-Oghla ghattietha, biex hekk twieled minn mara mit-tribu’ ta' Guda, dixxendent ta' Abraham u David, skond l-Iskritturi.11 Hekk zewg naturi shah, perfetti u distinti kienu inseparabbilment maghquda flimkien f'persuna wahda, bla konverzjoni, kompozizzjoni, jew konfuzjoni; biex hekk il-Mulej Gesu’ Kristu hu verament Alla u verament bniedem, madankollu hu Kristu wiehed, l-uniku Medjatur bejn Alla u l-bniedem.12 9 Gw.1:1,14; Gal.4:4. 10 Rum.8:3; Eb.2:14-17; 4:15. 11 Mt.1:22-23; Lq.1:27,31,35. 12 Rum.9:5; 1 Tim.2:5. 3. Il-Mulej Gesu’, bin-natura umana tieghu hekk maghquda ma' dik divina, fil-persuna ta' l-Iben, kien santifikat u midluk bl-Ispirtu s-Santu minghajr kejl,13 u ghandu fih innifsu t-tezori kollha ta' l-gherf u t-taghrif.14 Ghogob lill-Missier li fih tghammar il-milja kollha15 biex hekk, billi hu qaddis, bla hazen, mhux ikkontaminat,16 u mimli grazzja u verita’,17 ikun kompletament fornut biex jesegwixxi l-kariga ta' Medjatur u Garanti,18 pozizzjoni u dmir li ma hadhomx fuqu nnifsu, imma kien imsejjah biex iwettaqhom mill-Missier.19 U l-Missier ukoll qieghed f'idejh kull awtorita’ u gudizzju, u tah kmandament biex jezercitahom.20 13 Salm 45:7; Atti 10:38; Gw.3:34. 14 Kol.2:3. 15 Kol.1:19. 16 Eb.7:26. 17 Gw.1:14. 18 Eb.7:22. 19 Eb.5:5. 20 Gw.5:22,27; Mt.28:18; Atti 2:36. 4. Il-Mulej Gesu’ dahal ghal din il-kariga u dover ta' Medjatur u Garanti voluntarjament.21 Biex itemm hidmietu, kien maghmul taht il-ligi,22 u wettaqha perfettament, u tghabba bil-kastig misthoqq lilna, li kien imissna garrejna u sofrejna ahna.23 Kien maghmul dnub u kien maghmul sahta ghalina,24 billi ssaporta l-ehrex pwieni f'ruhu flimkien ma' sofferenzi l-izjed weggieghin f'gismu.25 Kien imsallab, u miet, u baqa' f'istat tal-mejtin, imma gismu ma sofra ebda tahsir.26 Fit-tielet jum qam mill-mewt bl-istess27 gisem li fih kien ha l-passjoni,28 u bih tela' fis-smewwiet,29 u hemm jinsab jinterciedi bil-qieghda fuq il-leminija tal-Missier,30 u ghad jirritorna biex jiggudika l-bnedmin u l-angli fl-ahhar tad-dinja.31 21 Salm 40:7-8; Eb.10:5-10; Gw.10:18. 22 Gal.4:4; Mt.3:15. 23 Gal.3:13; Isa.53:6; 1 Pt.3:18. 24 2 Kor.5:21. 25 Mt.26:37-38; Lq.22:44; Mt.27:46. 26 Atti 13:37. 27 1 Kor.15:3-4. 28 Gw.20:25,27. 29 Mk.16:19; Atti 1:9-11. 30 Rum.8:34; Eb.9:24. 31 Atti 10:42; Rum.14:9-10; Atti 1:11; 2 Pt.2:4. 5. Il-Mulej Gesu’, bl-ubbidjenza perfetta u s-sagrificcju tieghu nnifsu li Hu, permezz ta' l-Ispirtu etern, offra darba ghal dejjem lil Alla, issodisfa kompletament il-gustizzja t'Alla,32 qala' r-rikonciljazzjoni, u xtara wirt dejjiemi fis-saltna tas-smewwiet ghal dawk kollha li tah il-Missier.3332 Eb.9:14; 10:14; Rum.3:25-26. 33 Gw.17:2; Eb.9:15. 6. Ghalkemm il-prezz tal-fidwa ma kienx attwalment imhallas minn Kristu hlief wara l-inkarnazzjoni tieghu, madankollu l-virtu’, l-effikacja u l-beneficcju li jnixxu mill-hlas tieghu kienu komunikati lill-maghzulin f'kull zmien mill-bidu tad-dinja permezz ta' dawk il-weghdi, tipi, u sagrificcji li fihom kien rivelat u sinifikat bhala n-nisel li kellu jghaffeg ras is-serp, kif ukoll il-Haruf maqtul minn tisjis id-dinja,35 ghax huwa l-istess il-bierah u llum, u ghal dejjem.36 34 1 Kor.4:10; Eb.4:2; 1 Pt.1:10-11. 35 Riv.13:8. 36 Eb.13:8. 7. Kristu, fix-xoghol tieghu bhala Medjatur, jagixxi skond iz-zewg naturi billi kull natura taghmel dak li hu xieraq ghaliha nfisha. Madankollu, minhabba l-unita’ tal-persuna tieghu, dak li hu xieraq ghal natura wahda hu kultant fl-Iskrittura attribwit ghall-persuna denominata minn natura l-ohra.37 37 Gw.3:13; Atti 20:28. 8. Lil dawk kollha li ghalihom Kristu kiseb fidwa eterna, Huwa certament u effettivament japplika u jikkomunika din il-fidwa, jinterciedi ghalihom,38 jghaqqadhom mieghu nnifsu bl-Ispirtu tieghu, u jirrivelalhom fil-Kelma u bil-Kelma l-misterju tas-salvazzjoni. Jipperswadihom jemmnu u jobdu,39 jiggverna qlubhom bil-Kelma u l-Ispirtu tieghu,40 u jeghleb lill-ghedewwa kollha taghhom bis-setgha omnipotenti u l-gherf tieghu.41 Dan jottenih bit-tali manjiera u bit-tali modijiet li huma l-izjed konsonanti mad-dispensa ta' l-ghageb u intraccabbli tieghu, u dan kollu bi grazzja hielsa u assoluta, minghajr ebda kondizzjoni li jkun ra minn qabel fihom biex jipprokurawha.42 38 Gw.6:37; 10:15-16; 17:9; Rum.5:10. 39 Gw.17:6; Ef.1:9; 1 Gw.5:20. 40 Rum.8:9-14. 41 Salm 110:1; 1 Kor.15:25-26. 42 Gw.3:8; Ef.1:8. 9. Din il-kariga ta' Medjatur bejn Alla u l-bniedem tixraq biss lil Kristu, li hu l-Profeta, il-Qassis u s-Sultan tal-Knisja t'Alla. Din il-kariga ma tistax tkun trasferitaminnu ghal xi hadd iehor, la kollha kemm hi u lanqas parzjalment.43 43 1 Tim.2:5. 10. Dan l-ghadd u l-ordni ta' karigi huwa essenzjali. Minhabba l-injoranza taghna nehtiegu l-kariga profetika tieghu.44 Minhabba l-aljenazzjoni taghna minn Alla u l-imperfezzjoni ta' l-ahjar mill-qadi taghna, nehtiegu l-kariga sacerdotali tieghu biex jirrikonciljana u jipprezentana lil Alla bhala accettabbli.45 Minhabba l-avversjoni taghna lejn Alla, u l-inabbilta’ kompleta taghna biex nirritornaw lejh, u biex jilliberana u jzommna mill-eghdewwa spiritwali, nehtiegu l-kariga sultanija tieghu halli jikkonvincina, itahhatna, jigbidna, izommna, jehlisna, u jipprizervana sakemm naslu fis-saltna smewwija tieghu.46 44 Gw.1:18. 45 Kol.1:21; Gal.5:17. 46 Gw.16:8; Salm 110:3; Lq.1:74-75. 9. Ir-Rieda Hielsa 1. Alla forna r-rieda tal-bniedem, minn natura, bil-liberta’ u s-setgha li taghzel u tagixxi fuq l-ghazla tieghu. Din ir-rieda hielsa la hi sforzata, u lanqas destinata b'xi necessita’ tan-natura biex taghmel it-tajjeb jew il-hazen. 1 Mt.17:12; Gak.1:14; Dewt.30:19. 2. Il-bniedem, fl-istat tieghu ta' l-innocenza, kellu l-liberta’ u l-qawwa biex ikun irid u jaghmel dak li hu tajjeb u joghgob lil Alla,2 imma kien instabbli, hekk li seta' jaqa' minn din il-qaghda.3 2 Ekk.7:29. 3 Gen.3:6. 3. Il-bniedem, bil-waqa' tieghu fi stat ta' dnub, tilef kompletament l-abbilta’ kollha tar-rieda biex iwettaq kwalunkwe mill-gid spiritwali li jakkumpanja s-salvazzjoni.4 Bhala bniedem naturali, hu avversiv ghalkollox ghat-tajjeb spiritwali, u mejjet fid-dnub.5 Mhux kapaci bil-qawwa tieghu li jikkonverti lilu nnifsu, jew jipprepara lilu nnifsu ghall-konverzjoni.6 4 Rum.5:6; 8:7. 5 Ef.2:1-5. 6 Tit.3:3-5; Gw.6:44. 4. Meta Alla jikkonverti midneb, u jittrasferih fi stat ta' grazzja, jehilsu mill-jasar naturali tieghu ghad-dnub,7 u bil-grazzja biss jaghmlu kapaci biex liberament ikun irid u jaghmel dak li hu spiritwalment tajjeb.8 Imma minhabba l-korruzzjonijiet li jifdal ma jkunx irid biss (jew perfettament) dak li hu tajjeb, imma wkoll ikun irid dak li hu hazin.9 7 Kol.1:13; Gw.8:36. 8 Fil.2:13. 9 Rum.7:15-23. 5. Ir-rieda tal-bniedem tkun biss maghmula hielsa perfettament u immutabbilment biex tkun trid it-tajjeb wahdu fl-istat tal-glorja.10 10 Ef.4:13. 10. Is-Sejha Effikaci 1. Dawk li Alla ppredestina ghall-hajja, fiz-zmien mahtur u accettat joghgbu effettivament isejjah1 bil-Kelma u l-Ispirtu tieghu, 'il barra minn dak l-istat ta' dnub u mewt li fih jinsabu minn natura, ghall-grazzja u s-salvazzjoni b'Gesu’ Kristu.2 Idawwlilhom mohhhom spiritwalment u salvivikament biex jifhmu l-hwejjeg t'Alla.3 Inehhilhom qalbhom haggarija u jaghtihom qalb tal-laham.4 Igeddilhom ir-rieda, u bis-setgha omnipotenti tieghu, jakkawzalhom li jkunu jixtiequ u jfittxu dak li hu tajjeb. Effettivament jigbidhom lejn Gesu’ Kristu,5 madankollu b'tali mod li jigu liberament, billi jkunu maghmula jridu bil-grazzja tieghu.6 1 Rum.8:30; 11:7; Ef.1:10-11; 2 Tess.2:13-14. 2 Ef.2:1-6. 3 Atti 26:18; Ef.1:17-18. 4 Ezek.36:26. 5 Dewt.30:6; Ezek.36:27; Ef.1:19. 6 Salm 110:3; Ghanja 1:4. 2. Din is-sejha effikaci gejja biss mill-grazzja hielsa u specjali t'Alla, mhux minhabba xi haga kwalunkwe li Alla jkun ra minn qabel fil-bniedem. Mhix maghmula minhabba xi setgha jew agenzija fil-kreatura7 li hi passiva ghalkollox f'din il-haga. Il-bniedem hu mejjet fid-dnubiet u t-trasgressjonijiet sakemm jitghajjex u jiggedded mill-Ispirtu s-Santu.8 B'dan huwa jsir kapaci jwiegeb ghas-sejha, u jhaddan il-grazzja offruta u mwassla biha. Din il-qawwa li taghmel lill-bniedem kapaci mhi xejn qawwa inqas minn dik li qajjmet lil Kristu mill-mewt.9 7 2 Tim.1:9; Ef.2:8. 8 1 Kor.2:14; Ef.2:5; Gw.5:25. 9 Ef.1:19-20. 3. It-trabi li jmutu fl-infanzja huma rigenerati u salvati minn Kristu permezz ta' l-Ispirtu,10 li jopera meta, fejn u kif joghgbu.11 Hekk ukoll huma l-persuni maghzula kollha li mhumiex kapaci jkunu msejha esternament bil-ministeru tal-Kelma. 10 Gw.3:3-6. 11 Gw.3:8. 4. L-ohrajn mhux maghzulin, ghalkemm jistghu jkunu msejha bil-ministeru tal-Kelma, u jistghu jesperjenzaw xi operazzjonijiet komuni ta' l-Ispirtu,12 madankollu peress li mhumiex effettivament migbuda mill-Missier, ma jigux u lanqas verament ma jistghu jigu ghand Kristu u ghalhekk ma jistghux ikunu salvati.13 Wisq inqas dawk in-nies li ma jhaddnux ir-religjon Kristjana ma jistghu jkunu salvati, ikunu kemm ikunu biezla biex ifasslu hajjithom skond id-dawl tan-natura u dak kollu rikjest mir-religjon li jipprofessaw.14 12 Mt.22:14; 13:20-21; Eb.6:4-6. 13 Gw.6:44-45,65; 1 Gw.2:24-25. 14 Atti 4:12; Gw.4:22; 17:3. 11. Il-Gustifikazzjoni 1. Dawk li Alla effettivament isejhilhom ukoll jiggustifikahom b'xejn,1 mhux billi jferra' l-gustizzja fihom, imma billi jahfrilhom dnubiethom, u billi jghoddhom u jilqaghhom bhala gusti,2 mhux minhabba xi haga mahduma fihom, jew maghmula minnhom, imma minhabba Kristu biss.3 Mhumiex gustifikati ghax Alla jistma bhala l-gustizzja taghhom il-fidi taghhom, jew twemminhom, jew kwalunkwe att iehor ta' ubbidjenza evangelika. Huma gustifikati kompletament u purament ghaliex Alla jqis il-gustizzja ta' Kristu bhala taghhom. Jikkonsidra bhala fil-kont taghhom l-ubbidjenza attiva ta' Kristu ghal-ligi kollha u l-ubbidjenza passiva tieghu f'mewtu.4 Jircievu l-gustizzja ta' Kristu bil-fidi, u jistriehu fuqu. Ma jippossedux u lanqas jipproducu din il-fidi huma nfushom; hija l-ghotja t'Alla. 1 Rum.3:24; 8:30. 2 Rum.4:5-8; Ef.1:7. 3 1 Kor.1:30-31; Rum.5:17-19; Ef.2:8-10. 4 Fil.3:8-9. 5 Gw.1:12; Rum.5:17. 2. Il-fidi li tircievi l-gustizzja ta' Kristu u tiddependi fuqu hi l-unika strument tal-gustifikazzjoni,6 madankollu din il-fidi mhix wahidha fil-persuna gustifikata, imma hi dejjem akkumpanjata bil-grazzji salvivici l-ohra kollha. U mhix fidi mejta, imma tahdem bl-imhabba. 6 Rum.3:28. 7 Gal.5:6; Gak.2:17-26. 3. Kristu, bl-ubbidjenza u l-mewt tieghu, skonta ghalkollox id-dejn ta' dawk kollha gustifikati, u bis-sagrificcju tieghu nnifsu permezz tad-demm tas-salib tieghu, bata minflokhom il-piena misthoqqa lilhom, u hekk issodisfa specifikament, realment, u kompletament il-haqq t'Alla ghalihom.8 Madankollu peress li kien moghti mill-Missier ghalihom, u peress li l-ubbidjenza u s-sodisfazzjon tieghu kienu accettati minflok taghhom (u t-tnejn liberament, mhux minhabba xi haga fihom),9 ghalhekk huma gustifikati totalment u purament bil-grazzja hielsa t'Alla, biex hekk kemm il-haqq ezatt u l-grazzja ghanja t'Alla jkunu msebbha fil-gustifikazzjoni tal-midinbin.10 8 Eb.10:14; 1 Pt.1:18-19; Isa.53:5-6. 9 Rum.8:32; 2 Kor.5:21. 10 Rum.3:26; Ef.1:6-7; 2:7. 4. Mill-eternita’ kollha Alla ddigrieta li jiggustifika lill-maghzulin kollha,11 u Kristu, fil-milja taz-zmien, miet ghal dnubiethom, u rega' qam ghall-gustifikazzjoni taghhom.12 Madankollu, mhumiex gustifikati personalment qabel ma l-Ispirtu s-Santu, fiz-zmien imwaqqat, attwalment japplikalhom lil Kristu.1311 Gal.3:8; 1 Pt.1:2; 1 Tim.2:6. 12 Rum.4:25. 13 Kol.1:21-22; Tit.3:4-7. 5. Alla jkompli jahfer id-dnubiet ta' dawk gustifikati,14 u ghalkemm qatt ma jistghu jaqghu mill-istat ta' gustifikazzjoni,15 madankollu jistghu, minhabba dnubiethom, jaqghu taht id-dispjacir paternali t'Alla.16 F'dik il-kondizzjoni generalment ma jkollhomx id-dawl ta' wicc Alla restawrit lilhom qabel ma jumiljaw rwiehhom, jistqarru dnubiethom, jitolbu mahfra, u jgeddu l-fidi u l-indiema taghhom.17 14 Mt.6:12; 1 Gw.1:7-9. 15 Gw.10:28. 16 Salm 89:31-33. 17 Salm 32:5; Salm 51; Mt.26:75. 6. Il-gustifikazzjoni tal-fidili matul il-perjodu tal-Patt il-Qadim kienet f'dawn l-aspetti kollha ezattament l-istess bhall-gustifikazzjoni tal-fidili tul il-Patt il-Gdid.18 18 Gal.3:9; Rum.4:22-24. 12. L-Adozzjoni 1. Alla ggarantixxa li fi Kristu, l-Iben unigenitu tieghu, u minhabba fih, dawk kollha gustifikati jkollhom sehem mill-grazzja ta' l-adozzjoni,1 li biha huma mehuda fl-ghadd ta' wlied Alla u jgawdu l-libertajiet u l-privileggi taghhom.2 Ghandhom ismu mqieghed fuqhom,3 u jircievu l-Ispirtu ta' l-adozzjoni.4 Ghandhom dhul ghat-tron tal-grazzja bil-qlubija, u tinghatalhom il-hila jghajtu, 'Abba, Missier!'5 Alla jaghdirhom,6 jipprotegihom,7 jipprovdilhom,8 u jiddixxiplinahom bhala Missier,9 madankollu qatt mhuma mormija,10 imma huma ssigillati ghal jum il-fidwa,11 meta jirtu l-weghdi bhala werrieta tas-salvazzjoni dejjiema.12 1 Ef.1:5; Gal.4:4-5. 2 Gw.1:12; Rum.8:17. 3 2 Kor.6:18; Riv.3:12. 4 Rum.8:15. 5 Gal.4:6; Ef.2:18. 6 Salm 103:13. 7 Prov.14:26. 8 1 Pt.5:7. 9 Eb.12:6. 10 Isa.54:8-9; Lam.3:31. 11 Ef.4:30. 12 Eb.1:14; 6:12. 13. Is-Santifikazzjoni 1. Dawk maghqudin ma' Kristu, effettivament imsejha, u rigenerati, billi nghatatilhom qalb gdida u spirtu gdid mahluq fihom permezz tal-mertu tal-mewt u r-rezurrezzjoni ta' Kristu, huma mbaghad imqaddsa personalment izjed u izjed b'mod reali hafna.1 Minhabba l-virtu’ tal-mewt u l-qawmien ta' Kristu, u bil-Kelma u l-Ispirtu tieghu li jghammar fihom,2 id-dominju tal-gisem kollha tad-dnub huwa meqrud.3 Il-leblibiet differenti tal-gisem tad-dnub kulma jmur huma mdghajfa u mortifikati,4 u n-nies ta' Kristu progressivament jitghajjxu u jitqawwew fil-grazzji salvivici kollha,5 biex jipprattikaw il-qdusija vera kollha, li minghajrha ebda bniedem ma jara lill-Mulej.6 1 Atti 20:32; Rum.6:5-6. 2 Gw.17:17; Ef.3:16-19; 1 Tess.5:21-23. 3 Rum.6:14. 4 Gal.5:24. 5 Kol.1:11. 6 2 Kor.7:1; Eb.12:14. 2. Din is-santifikazzjoni testendi mal-persuna shiha,7 madankollu tibqa' imperfetta f'din il-hajja. Xi fdalijiet ta' korruzzjoni jibqghu jghixu f'kull parti,8 u minn dan titqanqal taqbida kontinwa bejn partijiet irrikonciljabbli - il-laham ilebleb kontra l-Ispirtu, u l-Ispirtu kontra l-laham.9 7 1 Tess.5:23. 8 Rum.7:18,23. 9 Gal.5:17; 1 Pt.2:11. 3. F'din il-gwerra, ghalkemm il-korruzzjoni li tibqa' tista' ghal xi zmien tippredomina bil-kbir,10 madankollu permezz tal-provvista kontinwa ta' qawwa mill-Ispirtu santifikanti ta' Kristu, il-parti rigenerata teghleb.11 U hekk il-qaddisin jikbru fil-grazzja, u jipperfezzjonaw il-qdusija fil-biza' t'Alla, huma u jaghfsu lejn hajja smewwija f'ubbidjenza evangelika ghall-kmandamenti kollha li Kristu, bhala r-Ras u s-Sultan, fil-Kelma tieghu, ippreskrivielhom.12 10 Rum.7:23. 11 Rum.6:14. 12 Ef.4:15-16; 2 Kor.3:18; 7:1. 14. Il-Fidi li Ssalva 1. Il-grazzja tal-fidi li biha l-maghzulin huma moghtija l-hila biex jemmnu, hekk li rwiehhom huma salvati, hi l-opra ta' l-Ispirtu ta' Kristu fi qlubhom,1 u ordinarjament tigi bil-ministeru tal-Kelma.2 Hija wkoll mizjuda u mqawwija bix-xoghol ta' l-Ispirtu permezz tal-ministeru tal-Kelma, kif ukoll bl-amministrazzjoni tal-maghmudija u l-Ikla tal-Mulej, bit-talb, u mezzi ohra mahtura minn Alla.3 1 2 Kor.4:13; Ef.2:8. 2 Rum.10:14-17. 3 Lq.17:5; 1 Pt.2:2; Atti 20:32. 2. B'din il-fidi n-Nisrani jemmen bhala verita’ kwalunkwe haga rivelata fil-Kelma ghaliex din il-Kelma ghandha l-awtorita’ t'Alla nnifsu.4 Barra minn hekk, b'din il-fidi li ssalva, il-Kristjan jara eccellenza fil-Kelma li hi oghla mill-kitbiet l-ohra kollha u kull haga ohra fid-dinja,5 ghax il-Kelma turi l-glorja t'Alla, tirrevela l-attributi tieghu, turi l-eccellenza tan-natura u l-karigi ta' Kristu, kif ukoll il-qawwa u l-milja ta' l-Ispirtu s-Santu fil-hidmiet u l-operazzjonijiet tieghu. Hekk il-Kristjan jinghata l-qawwa biex jixhet ruhu fuq il-Verita’ li emmen,6 u jara u jirrispondi ghall-ispecijiet differenti ta' taghlim kontenut f'passi differenti ta' l-Iskrittura. Il-fidi li ssalva tfornih biex jippercepixxi u jobdi l-kmandamenti,7 jisma' t-theddid bil-biza' u rispett,8 u jhaddan il-promessi t'Alla ghal dil-hajja u l-hajja li gejja.9 Imma l-ewwel atti u l-izjed importanti tal-fidi li ssalva huma dawk li ghandhom x'jaqsmu direttament ma' Kristu, meta r-ruh taccetta, tircievi, u tistrieh fuqu biss ghall-gustifikazzjoni, santifikazzjoni u hajja eterna; dan kollu frott il-patt tal-grazzja.10 4 Atti 24:14. 5 Salm 19:7-10; 119:72. 6 2 Tim.1:12. 7 Gw.15:14. 8 Isa.66:2. 9 Eb.11:13. 10 Gw.1:12; Atti 16:31; Gal.2:20; Atti 15:11. 3. Din il-fidi, ghalkemm tinstab fi gradijiet differenti, u tista' tkun dghajfa jew qawwija,11 imqar fl-idghjef taghha hi fi klassi differenti ghalkollox u ghandha natura differenti (bhall-aspetti l-ohra ta' grazzja li ssalva) mit-tip ta' fidi u grazzja komuni posseduta minn fidili temporanji.12 Ghalhekk, avolja sikwit attakkata u mdghajfa, tikseb ir-rebha,13 u f'hafna tikber ghall-otteniment ta' assigurazzjoni shiha permezz ta' Kristu,14 li hu kemm ir-rajjes kif ukoll il-perfezzjonatur tal-fidi taghna.15 11 Eb.5:13-14; Mt.6:30; Rum.4:19-20. 12 2 Pt.1:1. 13 Ef.6:16; 1 Gw.5:4-5. 14 Eb.6:11-12; Kol.2:2. 15 Eb.12:2. 15. L-Indiema ghall-Hajja u s-Salvazzjoni 1. Dawk fost il-maghzulin li huma konvertiti fil-hajja adulta taghhom, wara li jkunu ghexu xi zmien fl-istat tan-natura, u f'dan l-istat ikunu qdew diversi xehwiet u pjaciri, Alla jaghtihom l-indiema li twassal ghall-hajja, permezz ta' sejha effikaci.1 1 Tit.3:2-5. 2. Billi m'hemm ebda persuna li taghmel it-tajjeb u ma tikkommettix dnub,2 u billi l-ahjar fost il-bnedmin jistghu jaqghu fi dnubiet kbar u provokazzjonijiet bil-qawwa u l-ingann tal-korruzzjoni li tghammar fihom u l-prevalenza tat-tigrib, Alla fi hnientu provda fil-patt tal-grazzja li meta l-fidili jidinbu u jaqghu jkunu mgedda bl-indiema ghas-salvazzjoni.3 2 Ekk.7:20. 3 Lq.22:31-32. 3. L-indiema li ssalva hija grazzja evangelika4 li biha wiehed li jkun maghmul ihoss, bl-Ispirtu s-Santu, il-hazen divers ta' dnubu, u billi jkun moghti l-fidi fi Kristu, jumilja lilu nnifsu minhabba dnubu b'ghali reverenti, jidditesta dnubu u jistmell lilu nnifsu.5 Fit-tali ndiema il-persuna wkoll titlob ghall-mahfra u l-qawwa tal-grazzja, u jkollha ghan u thabrik, bil-provvisti tal-qawwa ta' l-Ispirtu, halli timxi quddiem Alla u toghgbu totalment f'kull haga.6 4 Zakk.12:10; Atti 11:18. 5 Ezek.36:31; 2 Kor.7:11. 6 Salm 119:6,128. 4. Billi l-indiema ghandha tissokta matul il-korsa kollha ta' hajjitna, minhabba l-gisem tal-mewt, u l-mozzjonijiet tieghu, huwa ghalhekk id-dover ta' kull bniedem li jindem mid-dnubiet partikolari tieghu partikolarment.7 7 Lq.19:8; 1 Tim.1:13-15. 5. Il-provvediment li Alla ghamel permezz ta' Kristu fil-patt tal-grazzja ghall-prizervazzjoni tal-fidili fit-triq tas-salvazzjoni hu b'tali mod li, ghalkemm imqar l-icken dnub jisthoqqlu l-kundanna,8 madankollu m'hemm ebda dnub kbir bizzejjed biex igib il-kundanna fuq dawk li jindmu.9 Dan jaghmel l-ippriedkar kontinwu ta' l-indiema essenzjali. 8 Rum.6:23. 9 Isa.1:16-18; 55:7. 16. L-Opri Tajba 1. L-opri tajba huma biss dawk l-ghemejjel li Alla kmanda fil-Kelma mqaddsa tieghu.1 L-opri li ma jgawdux l-awtorizzazzjoni ta' l-Iskrittura, u huma vvintati mill-bnedmin sforz iz-zelu ghami taghhom, jew bi skuza ta' intenzjonijiet tajba mhumiex opri tajba.2 1 Mik.6:8; Eb.13:21. 2 Mt.15:9; Isa.29:13. 2. L-opri tajba, maghmula b'ubbidjenza ghall-kmandamenti t'Alla, huma dawn: il-frottijiet u evidenzi ta' fidi vera u hajja.3 B'dawn il-fidili jesprimu u juru l-gratitudni taghhom,4 isahhu l-assigurazzjoni taghhom,5 jedifikaw lil huthom, izejnu l-professjoni ta' l-Evangelju,6 isoddu fomm l-avversarji, u jigglorifikaw lil Alla.7 Dawn il-fidili huma xoghlu, mahluqin fi Kristu Gesu’ biex jaghmlu l-opri tajba,8 u jkollhom frottijiet ta' qdusija li jwasslu ghall-hajja eterna.9 3 Gak.2:18-22. 4 Salm 116:12-13. 5 1 Gw.2:3-5; 2 Pt.1:5-11. 6 Mt.5:16. 7 1 Tim.6:1; 1 Pt.2:15; Fil.1:11. 8 Ef.2:10. 9 Rum.6:22. 3. L-abbilta’ biex jaghmlu dawn l-opri tajba ma tigi b'ebda mod minnhom infushom, imma tigi kompletament mill-Ispirtu ta' Kristu.10 Biex ikollhom hila jaghmlu l-opri tajba, flimkien ma' grazzji li diga’ jkunu rcevew, huwa necessarju li jkun hemm influwenza reali aktar mill-istess Spirtu s-Santu biex jikkawzahom li jkunu jridu u jaghmlu skond kif joghgob lilu.11 Imma l-fidili m'ghandhomx, minhabba f'hekk jittraskuraw irwiehhom, bhallikieku mhumiex obbligati li jaghmlu kwalunkwe dover jekk kemm-il darba ma tinghatalhomx mozzjoni specjali mill-Ispirtu, imma ghandhom ikunu habrieka filli jqanqlu l-grazzja t'Alla li hi fihom.12 10 Gw.15:4-5. 11 2 Kor.3:5; Fil.2:13. 12 Fil.2:12; Eb.6:11-12; Isa.64:7. 4. Dawk li jilhqu l-oghla quccata possibbli f'din il-hajja fl-ubbidjenza taghhom lejn Alla, xorta wahda jinsabu boghod wisq u ma jistghux jaqilghu mertu soprabbundanti, u jaghmlu izjed milli jirrekjiedi Alla; anzi, jaqghu wisq izjed 'l isfel minn dak li suppost jaghmlu fi dmirhom lejn Alla.13 13 Gob 9:2-3; Gal.5:17; Lq.17:10. 5. Ma nistghux bl-ahjar ghemejjel taghna nimmeritaw mahfra ghad-dnub jew hajja eterna minn id Alla minhabba l-isproporzjon vast bejn l-iprem xoghlijiet taghna u l-glorja li ghad tigi, u minhabba d-distanza infinita li tinsab bejnna u bejn Alla. B'xoghlijietna ma nistghux noffru xi qliegh jew nissodisfaw lil Alla rigward id-dejn li ghandna minhabba dnubietna.14 Meta nkunu ghamilna l-almu taghna, inkunu biss ghamilna dmirna, u nibqghu xorta wahda qaddejja bla fejda. U hekk jew hekk, sakemm l-ghemejjel taghna huma tajba, dawn joriginaw mill-hidma ta' l-Ispirtu s-Santu.15 U jerga', l-opri tajba huma tant imcappsa minna, u tant imhallta bi dghufija u imperfezzjoni, illi ma jistghux jissopravivu s-severita’ tal-gudizzju t'Alla.16 14 Rum.3:20; Ef.2:8-9; Rum.4:6. 15 Gal.5:22-23. 16 Isa.64:6; Salm 143:2. 6. Minkejja dan, apparti li l-fidili huma accettati permezz ta' Kristu bhala erwieh individwali, l-opri tajba taghhom huma wkoll milqugha bi Kristu.17 Mhux ghax il-fidili huma (f'din il-hajja) kompletament bla htija u bla lewma f'ghajnejn Alla, imma ghax ihares lejhom f'Ibnu, u joghgbu jaccetta u jippremja dak li hu sincier, avolja akkumpanjat b'hafna debolizzi u imperfezzjonijiet.18 17 Ef.1:6; 1 Pt.2:5. 18 Mt.25:21-23; Eb.6:10. 7. Ghemejjel maghmula minn nies mhux rigenerati, ghalkemm fl-essenza jistghu jkunu l-hwejjeg li Alla jikkmanda, u jistghu jkunu tajbin u ta' beneficcju ghalihom infushom kif ukoll ghal haddiehor,19 madankollu peress li ma jipprocedux minn qalb ippurifikati bil-fidi,20 u mhumiex maghmula f'manjiera sewwa skond il-Kelma,21 u peress li mhuwiex l-ghan fondamentali taghhom li jgibu glorja lil Alla,22 ghaldaqstant huma midinba, u ma jistghux joghgbu lil Alla, u lanqas ma jistghu jaghmlu lill-bniedem adatt biex jircievi grazzja minghand Alla.23 U mandankollu tkun haga izjed midinba u ma toghgobx lil Alla meta n-nies mitlufa jittraskuraw it-tali opri.24 19 2 Slaten 10:30; 1 Slaten 21:27-29. 20 Gen.4:5; Eb.11:4-6. 21 1 Kor.13:1. 22 Mt.6:2-5. 23 Gham.5:21-22; Rum.9:16; Tit.3:5. 24 Gob 21:14-15; Mt.25:41-43. 17. Il-Perseveranza tal-Qaddisin 1. Dawk li Alla accetta fil-Mahbub, u effettivament sejjah u qaddes bl-Ispirtu tieghu, u tahom il-fidi prezzjuza tal-maghzulin tieghu, ma jistghux jaqghu mill-istat tal-grazzja, la totalment u lanqas finalment, imma certament jipperseveraw f'dak l-istat sat-tmiem u jkunu salvati eternament. Dan ghaliex l-ghotjiet u s-sejha t'Alla huma minghajr indiema, u ghalhekk jissokta jnissel u jsostnihom fil-fidi, l-indiema, l-imhabba, il-ferh, it-tama, u l-grazzji l-ohra kollha ta' l-Ispirtu li jwasslu ghall-immortalita’.1 U ghalkemm hafna tempesti u gharghar jitqanqlu u jahbtu kontra l-qaddisin, madankollu dawn il-hwejjeg qatt ma jkunu kapaci jkaxkruhom minn fuq il-pedament u blata li fuqha huma mwahhla bil-fidi. Avolja, minhabba n-nuqqas ta' fidi u t-tentazzjonijiet ta' Satana, id-dehra u s-sentiment tad-dawl u l-imhabba t'Alla jistghu ghal xi zmien ikunu msahhba u oskurati minnhom,2 madankollu Alla jibqa' l-istess, u huma certament jinzammu bis-setgha tieghu sakemm is-salvazzjoni taghhom tkun shiha, meta mbaghad igawdu l-possediment mixtri li hu taghhom, ghaliex huma mnaqqxa fuq il-pala t'idejh, u ismijiethom inkitbu fil-Ktieb tieghu tal-Hajja mill-eternita’ kollha.3 1 Gw.10:28-29; Fil.1:6; 2 Tim.2:19; 1 Gw.2:19. 2 Salm 89:31-32; 1 Kor.11:32. 3 Mal.3:6. 2. Din il-perseveranza tal-qaddisin ma tiddependix fuqhom - jigifieri, fuq ir-rieda hielsa taghhom. Tistrieh fuq l-immutabbilita’ tad-digriet ta' l-ghazla,4 li jnixxi mill-imhabba hielsa u ma tinbidilx t'Alla l-Missier. Tistrieh ukoll fuq l-effikacja tal-mertu u l-intercessjoni ta' Gesu’ Kristu, u fuq l-unjoni li l-qaddisin veri jgawdu mieghu.5 Tistrieh fuq il-halfa t'Alla,6 u fuq l-Ispirtu li jghammar fihom. Tiddependi fuq iz-zerriegha t'Alla li qieghda fihom7 u fuq l-istess natura tal-patt tal-grazzja.8 Dawn il-fatturi kollha jnisslu c-certezza u l-infallibbilta’ tas-sigurta’ u l-perseveranza tal-qaddisin. 4 Rum.8:30; 9:11-16. 5 Rum.5:9-10; Gw.14:19. 6 Eb.6:17-18. 7 1 Gw.3:9. 8 Ger.32:40. 3. Il-qaddisin jistghu, bit-tigrib ta' Satana u d-dinja, u minhabba li t-tendenzi midinba li fadal fihom jeghlbuhom, u minhabba li jittraskuraw il-mezzi li Alla provdielhom biex izommhom, jaqghu fi dnubiet gravi. Jistghu jkompli f'dan l-istat ghal xi zmien,9 hekk li jqanqlu d-dispjacir t'Alla, inikktu l-Ispirtu s-Santu tieghu,10 isofru l-hsara tal-grazzji u l-konsolazzjonijiet taghhom,11 jisfaw b'qalbhom imwebbsa u l-kuxjenza feruta,12 u jweggghu u jiskandalizzaw lill-ohrajn. B'dan igibu fuqhom infushom gudizzji temporali.13 Minkejja dan, huma jgeddu l-indiema taghhom u jkunu prizervati, permezz tal-fidi fi Kristu Gesu’, sa l-ahhar.14 9 Mt.26:70-74. 10 Isa.64:5-9; Ef.4:30. 11 Salm 51:10-12. 12 Salm 32:3-4. 13 2 Sam.12:14. 14 Lq.22:32,61-62. 18. L-Assigurazzjoni tal-Grazzja u tas-Salvazzjoni 1. Ghalkemm kredenti temporanji u nies ohra mhux rigenerati jistghu bi frugha jqarrqu bihom infushom b'tamiet foloz u prezunzjonijiet karnali li jinsabu fil-favur t'Alla u fi stat ta' salvazzjoni, tama bhal din minn naha taghhom tigi fix-xejn.1 Madankollu dawk li verament jemmnu fil-Mulej Gesu’, u jhobbuh bis-sincerita’, u li jhabirku biex jimxu b'kuxjenza tajba quddiemu, jistghu jkunu certament assigurati f'din il-hajja li jinsabu fl-istat tal-grazzja, u jistghu jithennew fit-tama tal-glorja t'Alla.2 U t-tali speranza qatt mhi se ggaghlhom jisthu.3 1 Gob 8:13-14; Mt.7:22-23. 2 1 Gw.2:3; 3:14-24; 5:13. 3 Rum.5:2-5. 2. Din l-assigurazzjoni mhix semplicament perswazjoni kongetturata u lanqas perswazjoni probabbli msejsa fuq tama fallibbli. Hija assigurazzjoni infallibbli tal-fidi4 ibbazata fuq id-demm u l-gustizzja ta' Kristu rivelat fl-Evangelju.5 Hija msejsa wkoll fuq l-evidenza gewwiena ta' dawk il-grazzji ta' l-Ispirtu f'konnessjoni ma' weghdi definiti maghmula fl-Iskritturi,6 kif ukoll fuq it-testimonjanza ta' l-Ispirtu ta' l-adozzjoni li jixhed ma' l-ispirti taghna li ahna wlied Alla,7 u li juza l-esperjenza ta' l-assigurazzjoni biex izommilna qlubna kemm umli kif ukoll qaddisa.8 4 Eb.6:11,19. 5 Eb.6:17-18. 6 2 Pt.1:4-11. 7 Rum.8:15-16. 8 1 Gw.3:1-3. 3. Din l-assigurazzjoni infallibbli mhix hekk maghquda ma' l-essenza tal-fidi tant li hija esperjenza awtomatika u inevitabbli. Fidil genwin ghandu mnejn jistenna fit-tul u jissielet ma' hafna diffikoltajiet qabel ma jkollu sehem minnha.9 Madankollu, moghti l-kapacita’ mill-Ispirtu biex isir jaf il-hwejjeg moghtija lilu b'xejn minn Alla, jista', minghajr rivelazzjoni straordinarja jilhaq din l-assigurazzjoni billi juza l-mezzi tal-grazzja kif suppost.10 Ghaldaqstant huwa d-dmir ta' kull wiehed li jhabrek kemm jista' jkun biex jaghmel il-vokazzjoni u l-ghazla tieghu certa, halli qalbu tkun imwessa' fis-sliem u l-ferh fl-Ispirtu s-Santu, fl-imhabba u gratitudni lejn Alla, u fil-qawwa u hena biex iwettaq id-doveri ta' l-ubbidjenza. Dawn id-doveri huma l-frottijiet naturali ta' l-assigurazzjoni,11 ghax qatt u qatt ma thajjar lill-bnedmin ikunu traskurati.12 9 Isa.50:10; Salm 88; Salm 77:1-12. 10 1 Gw.4:13; Eb.6:11-12. 11 Rum.5:1-5; 14:17; Salm 119:32. 12 Rum.6:1-2; Tit.2:11-14. 4. Fidili veri jistghu jkollhom l-assigurazzjoni tas-salvazzjoni taghhom imrieghda b'diversi modi, imnaqqsa, jew sospenduta. Dan jista' jigri minhabba n-negligenza taghhom filli jipprizervawha,13 jew ghax jaqghu f'xi dnub specjali li jfieri l-kuxjenza u jnikket lill-Ispirtu,14 jew b'xi tigriba ghall-gharrieda jew qawwija,15 jew ghax Alla jirtira d-dawl ta' wiccu, u jakkawza li mqar dawk li jibzghu minnu jimxu fid-dalma u jonqoshom id-dawl.16 Imma xorta wahda l-fidili qatt mhuma mhollija minghajr iz-zerriegha t'Alla17 u l-hajja tal-fidi,18 dik l-imhabba lejn Kristu u l-ahwa, dik is-sincerita’ tal-qalb u dik il-kuxjenza rigward id-dmir spiritwali taghhom. Minn dawn il-hwejjeg, bl-operazzjoni ta' l-Ispirtu, l-assigurazzjoni taghhom tista' mbaghad tkun mistejqra,19 u frattant il-prezenza ta' dawn il-grazzji tipprizervahom mid-disprament estrem.20 13 Ghanja 5:2-6. 14 Salm 51:8-14. 15 Salm 116:11; 77:7-8; 31:22. 16 Salm 30:7. 17 1 Gw.3:9. 18 Lq.22:32. 19 Salm 42:5-11. 20 Lam.3:26-31. 19. Il-Ligi t'Alla 1. Alla ta lil Adam ligi ta' ubbidjenza universali miktuba f'qalbu, u tah struzzjoni specifika hafna biex ma jikolx mill-frott tas-sigra tat-taghrif tat-tajjeb u l-hazin.1 B'dan Adam u d-dixxendenti kollha tieghu kienu obbligati jobdu personalment, totalment, ezattament u perpetwalment,2 imweghda l-hajja jekk iwettqu l-ligi, u mhedda bil-mewt jekk jiksruha. Fl-istess hin Adam kien moghni bis-setgha u l-abbilta’ biex iharisha.3 1 Gen.2:16-17; Ekk.7:29. 2 Rum.10:5. 3 Gal.3:10-12. 2. L-istess ligi, miktuba l-ewwel f'qalb il-bniedem, baqghet regola perfetta ta' gustizzja wara l-Waqa',4 u kienet moghtija minn Alla fuq il-Muntanja Sinaj fl-ghaxar kmandamenti, u miktuba fuq zewg twavel, l-ewwel erba' jigbru dmirna lejn Alla, u s-sitta l-ohra dmirna lejn il-bniedem.5 4 Rum.2:14-15. 5 Dewt.10:4. 3. Minbarra dil-ligi, generalment maghrufa bhala l-ligi morali, Alla ghogbu jaghti lill-gens ta' Izrael ligijiet cerimonjali li kien fihom xi ordinanzi tipici. Dawn l-ordinanzi kienu parzjalment dwar il-qima taghhom, u fihom Kristu kien prefigurat flimkien ma' l-attributi, il-kwalitajiet, l-azzjonijiet, is-sofferenzi u l-beneficcji tieghu.6 Dawn l-ordinanzi taw ukoll struzzjonijiet dwar diversi doveri morali.7 Dawn il-ligijiet cerimonjali kollha kienu mahtura biss sa zmien ir-riforma, meta Gesu’ Kristu l-Messija veru u l-uniku legislatur, li kien fornut b'awtorita’ mill-Missier ghal dan il-ghan, ikkancellahom u nehhihom.8 6 Eb.10:1; Kol.2:17. 7 1 Kor.5:7. 8 Kol.2:14-17; Ef.2:14-16. 4. Lill-poplu ta' Izrael ta wkoll diversi ligijiet gudizzjali li skadew meta ma baqghux nazzjon. Dawn issa ma jorbtu lil hadd minhabba l-fatt li kienu parti mil-ligijiet ta' dak il-gens, imma l-ekwita’ generali taghhom tissokta tkun applikabbli ghaz-zminijiet moderni.9 9 1 Kor.9:8-10. 5. Il-ligi morali dejjem tibqa' obbligatorja u kulhadd imissu jobdiha, kemm nies gustifikati kif ukoll l-ohrajn.10 Dan mhux biss b'rispett ghall-hwejjeg kontenuti fiha, izda wkoll f'gieh l-awtorita’ t'Alla l-Hallieq, li ta l-ligi.11 U Kristu fl-Evangelju b'ebda mod ma jholl din il-ligi; ghall-kuntrarju jsahhah konsiderevolment l-obbligu taghna biex nobduha.12 10 Rum.13:8-10; Gak.2:8-12. 11 Gak.2:10-11. 12 Mt.5:17-19; Rum.3:31. 6. Ghalkemm fidili veri mhumiex taht il-ligi bhala patt ta' l-opri, biex ikunu gustifikati jew ikkundannati biha,13 madankollu hi ta' siwi kbir ghalihom kif ukoll ghall-ohrajn, ghaliex bhala regola ghall-hajja tgharrafhom ir-rieda t'Alla u d-dover taghhom u tidderigihom u tobbligahom jimxu fid-dawl taghha. Tikxef u tesponi wkoll it-tniggis midneb tan-naturi taghhom, ta' qlubhom u hajjiethom, u billi juzawha biex jezaminaw lilhom infushom ikunu jistghu jkollhom konvinzjoni ishah tad-dnub, umilta’ akbar u mibeghda aqwa ghal dnubhom.14 Biha jiksbu wkoll dehra izjed cara ta' kemm jehtiegu lil Kristu u l-perfezzjoni ta' l-ubbidjenza tieghu. Jerga' hi utli ghan-nies rigenerati biex tirrestringi l-korruzzjonijiet taghhom, minhabba l-mod kif tipprojbixxi d-dnub. It-theddidiet tal-ligi jservu biex juru x'jisthoqqilhom attwalment dnubiethom, u liema gwaj jista' jkun mistenni f'din il-hajja minhabba dawn id-dnubiet imqar minn nies rigenerati li huma mehlusin mis-sahta u r-rigorozita’ xejn imnaqqsa tal-ligi. Il-weghdi konnessi mal-ligi juru wkoll lill-fidili l-approvazzjoni t'Alla ghall-ubbidjenza, u liema barkiet jistghu jistennew meta l-ligi tinzamm u tkun obduta, ghalkemm il-barkiet ma jaslulhomx ghax ikunu ssodisfaw il-ligi bhala patt ta' opri. Meta bniedem jaghmel it-tajjeb u jitwarrab mill-hazen semplicament ghax il-ligi tenkoraggih ghat-tajjeb u tnaffru mill-hazen, dan mhuwiex evidenza li jinsab taht il-ligi aktarx milli taht il-grazzja.15 13 Rum.6:14; Gal.2:16; Rum.8:1; 10:4. 14 Rum.3:20; 7:7. 15 Rum.6:12-14; 1 Pt.3:8-13. 7. Il-ligi wzata kif imsemmi mhix kuntrarju ghall-grazzja ta' l-Evangelju, imma taqbel maghha bi hlewwa,16 hekk kif l-Ispirtu ta' Kristu jahkem ir-rieda tal-bniedem u jaghtiha l-hila taghmel liberament u bil-ferha dawk il-hwejjeg li r-rieda t'Alla, rivelata fil-ligi, tirrekjiedi li jsiru.16 16 Gal.3:21. 17 Ezek.36:27. 20. L-Evangelju u l-Influwenza Tieghu 1. Billi l-patt ta' l-opri kien miksur bid-dnub, u sar bla siwi ghall-hajja, Alla ghogbu jwieghed lil Kristu, nisel il-mara, bhala l-mezz biex isejjah lill-maghzulin u jqajjem ghall-hajja fihom il-fidi u l-indiema. F'din il-weghda s-sustanza ta' l-Evangelju kienet irrivelata u murija bhala l-mod effettiv ghall-konverzjoni u s-salvazzjoni tal-midinbin. 1 Gen.3:15 ma' Ef.2:12; Gal.4:4; Eb.11:13; Lq.2:25,38; 23:51; Rum.4:13-16; Gal.3:15-22. 2. Din il-weghda ta' Kristu u s-salvazzjoni li taslilna bih hija rivelata biss bil-Kelma t'Alla.3 L-ghemejjel tal-holqien u l-providenza, flimkien mad-dawl tan-natura, ma jirrivelawx lil Kristu jew il-grazzja tieghu mqar b'mod generali jew oskur.4 Kemm inqas, mela, jistghu dawk li huma nieqsa mir-rivelazzjoni ta' Kristu bil-weghda (jew l-Evangelju) jkunu kapaci jaslu bid-dawl tan-natura ghall-fidi li ssalva jew l-indiema.5 3 Rum.1:17. 4 Rum.10:14-17. 5 Prov.29:18; Isa.25:7; 60:2-3. 3. Ir-rivelazzjoni ta' l-Evangelju lill-midinbin, maghmula f'epoki diversi u b'partijiet differenti, biz-zidiet ta' weghdi u precetti ghall-ubbidjenza rikjesta fiha, inkwantu l-gnus u persuni li ghalihom hi moghtija, hi semplicament mir-rieda sovrana u l-ghogba tajba t'Alla.6 Il-weghda li l-evangelju jkun mgharraf ma kinitx maghmula kontingenti fuq kwalunkwe uzu tajjeb maghmul mill-bnedmin ta' l-abbiltajiet nattivi zviluppati permezz ta' dawl komuni ghal kulhadd, ghax it-tali zvilupp qatt ma sehh u lanqas jista' jsehh. Ghalhekk f'kull zmien, ix-xandir ta' l-Evangelju nghata lill-individwi u nazzjonijiet, sew jekk bil-kotra jew b'mizura limitata, b'varjazzjoni konsiderevoli, skond il-fehma tar-rieda t'Alla.7 6 Salm 147:20; Atti 16:7. 7 Rum.1:18-32. 4. Ghalkemm l-Evangelju hu l-uniku mezz estern biex jirrevela lil Kristu u l-grazzja salvivika, u ghal dan il-ghan hu totalment adekwat. Madankollu izjed minn hekk hu mehtieg biex il-bnedmin mejtin fit-trasgressjonijiet ikunu mwielda mill-gdid, migjuba ghall-hajja jew rigenerati. Huwa necessarju li jkun hemm hidma effikaci u insuperabbli ta' l-Ispirtu s-Santu fuq ir-ruh shiha biex jipproduci fihom hajja spiritwali gdida.8 Minghajr dan ebda mezz iehor ma jwassal ghall-konverzjoni taghhom lejn Alla.9 8 Salm 110:3; 1 Kor.2:14; Ef.1:19-20. 9 Gw.6:44; 2 Kor.4:4-6. 21. Il-Liberta’ Kristjana u l-Liberta’ tal-Kuxjenza 1. Il-liberta’ li Kristu xtara ghall-fidili taht l-Evangeljutinsab fil-helsien taghhom mill-htija tad-dnub1 u l-ghadab t'Alla ghall-kundanna, mir-rigorozita’ u s-sahta tal-ligi, u mill-emancipazzjoni taghhom minn din id-dinja hazina prezenti,2 mill-jasar taht Satana,3 mid-dominju tad-dnub,4 mill-hsara ta' l-afflizzjonijiet,5 mill-biza' u t-tniggiza tal-mewt, mill-vittorja tal-qabar,6 u mid-dannazzjoni dejjiema.7 Dan il-liberta’ tidher ukoll fid-dhul hieles taghhom quddiem Alla, u l-abbilta’ taghhom li jesprimu ubbidjenza lejh mhux sforz il-biza' jassari,8 imma b'imhabba ta' wlied u mhuh voluntarji.9 Dawn il-libertajiiet, fis-sustanza taghhom, kienu wkoll l-esperjenza ta' fidili veri taht il-ligi tal-Patt il-Qadim,10 imma ghall-Kristjani tal-Patt il-Gdid din il-liberta’ hi mwessa' izjed, ghax igawdu l-liberta’ mill-madmad tal-ligi cerimonjali li ghalih kienet imtahhta l-knisja Lhudija. Huma wkoll ghandhom qlubija ikbar ta' dhul quddiem it-tron tal-grazzja u komunikazzjonijiet ishah ta' l-Ispirtu hieles t'Alla milli fidili taht il-ligi normalment kienu jgarrbu.11 1 Gal.3:13. 2 Gal.1:4. 3 Atti 26:18. 4 Rum.8:3. 5 Rum.8:28. 6 1 Kor.15:54-57. 7 1 Tess.1:10. 8 Rum.8:15. 9 Lq.1:73-75; 1 Gw.4:18. 10 Gal.3:9-14. 11 Gw.7:38-39; Eb.10:19-21. 2. Alla wahdu hu Sid il-kuxjenza,12 u halliha hielsa mid-dottrini u kmandamenti kollha tal-bnedmin li b'xi mod jehduha kontra l-Kelma tieghu, jew mhumiex kontenuti fiha.13 Ghalhekk meta wiehed jemmen it-tali dottrini jew jobdi t-tali kmandamenti mill-kuxjenza jkun qed jittradixxi l-liberta’ vera tal-kuxjenza.14 Id-domanda ghall-fidi implicita, ubbidjenza assoluta u ghamja, tiddestruggi l-liberta’ tal-kuxjenza u tar-raguni wkoll.15 12 Gak.4:12; Rum.14:4. 13 Atti 4:19; 5:29; 1 Kor.7:23; Mt.15:9. 14 Kol.2:20-23. 15 1 Kor.3:5; 2 Kor.1:24. 3. Dawk li bi skuza tal-liberta’ Kristjana jipprattikaw kwalunkwe dnub jew jghozzu kwalunkwe xehwa midinba, jghawwgu l-ghan ewlieni tal-grazzja ta' l-Evangelju ghall-qirda taghhom infushom.16 Jiddestruggu kompletament l-oggettiv tal-liberta’ Kristjana: propjament din, li ahna, mehlusin minn idejn l-eghdewwa kollha taghna, naqdu lill-Mulej bla biza', fil-qdusija u gustizzja quddiemu, il-jiem kollha ta' hajjitna.17 16 Rum.6:1-2. 17 Gal.5:13; 2 Pt.2:18-21. 22. Il-Qima u Jum il-Mulej 1. Id-dawl tan-natura juri li hemm Alla li ghandu pussess u sovranita’ fuq kollox, hu gust u tajjeb, u jaghmel il-gid lil kulhadd. Ghalhekk ghandna nibzghu minnu, inhobbuh, infahhruh, insejhu 'l Ismu, nafdawh, u nservuh bil-qalb u r-ruh kollha, u bil-qawwa kollha taghna.1 Imma l-mod accettabbli kif inqimu 'l Alla veru kien imwaqqaf minnu nnifsu,2 u ghalhekk il-metodu taghna ta' qima hu limitat mir-rieda rivelata tieghu stess. M'ghandux ikun meqjum skond l-immaginazzjoni u l-iskemi tal-bnedmin, lanqas skond is-suggerimenti ta' Satana. M'ghandux ikun meqjum permezz ta' rapprezentazzjonijiet vizibbli, jew bi kwalunkwe mod iehor mhux preskritt fl-Iskritturi Mqaddsa.3 1 Ger.10:7; Mk.12:33. 2 Dewt.12:32. 3 Ez.20:4-6. 2. Il-qima ghandha tinghata lil Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, u lilu wahdu;4 mhux lill-angli, qaddisin, jew kwalunkwe hlejjaq ohra.5 U mill-Waqa' 'l hawn, il-qima m'ghandhiex tinghata minghajr medjatur,6 u l-medjazzjoni milqugha hi biss dik ta' Kristu. 4 Mt.4:9-10; Gw.5:23; Mt.28:19. 5 Rum.1:25; Kol.2:18; Riv.19:10. 6 Gw.14:6. 7 1 Tim.2:5. 3. It-talb, b'radd il-hajr, hu parti mill-qima naturali, u dan Alla jirrekjedih mill-bnedmin kollha.8 Imma biex ikun accettat dan ghandu jsir f'isem l-Iben,9 bl-ghajnuna ta' l-Ispirtu,10 u skond ir-rieda tieghu.11 Jehtieg isir b'fehma, reverenza, umilta’, hegga, fidi, imhabba, u perseveranza; u t-talb komunitarju ghandu jsir b'ilsien maghruf.12 8 Salm 95:1-7; 65:2. 9 Gw.14:13-14. 10 Rum.8:26. 11 1 Gw.5:14. 12 1 Kor.14:16-17. 4. Ghandu jsir talb ghall-hwejjeg legittmi, u ghal kull xorta ta' nies hajjin jew li ghad jghixu fil-gejjieni,13 izda mhux ghall-mejtin,14 lanqas ghal min hu maghruf li dineb 'id-dnub ghall-mewt'.15 13 1 Tim.2:1-2; 2 Sam.7:29. 14 2 Sam.12:21-23. 15 1 Gw.5:16. 5. Il-qari ta' l-Iskritturi,16 l-ippriedkar u s-smigh tal-Kelma t'Alla,17 it-taghlim u t-twiddib wiehed lill-iehor bis-salmi, innijiet, u ghanjiet spiritwali, nghannu bi grazzja fi qlubna lill-Mulej,18 kif ukoll l-amministrazzjoni tal-maghmudija19 u l-Ikla tal-Mulej,20 huma lkoll partijiet tal-qima t'Alla. Dawn ghandna naghmluhom f'ubbidjenza lejh, bil-fehma, fidi, reverenza u biza' qaddis. Perjodi ta' umiljazzjoni solenni, sawm21 u ringrazzjament22 ghandhom ukoll jintuzaw b'manjiera qaddisa u reverenti f'okkazzjonijiet specjali. 16 1 Tim.4:13. 17 2 Tim.4:2; Lq.8:18. 18 Kol.3:16; Ef.5:19. 19 Mt.28:19-20. 20 1 Kor.11:26. 21 Est.4:16; Goel 2:12. 22 Ez.15:1-19; Salm 107. 6. Taht l-Evangelju la t-talb u lanqas kwalunkwe parti ohra ta' qima religjuza mhi marbuta jew maghmula izjed accettabbli, mal-lok li fiha titwettaq jew lejn liema post hi diretta. Alla ghandu jkun meqjum kullimkien fl-ispirtu u l-verita’,23 sew f'familji privati24 kuljum,25 fil-mohbi minn kull individwu,26 jew solennament fil-gemghat pubblici. Dawn m'ghandhomx ikunu traskurati jew abbandunati b'nuqqas ta' hsieb jew apposta, meta Alla bil-Kelma u l-providenza tieghu jsejhilna ghalihom.27 23 Gw.4:21; Mal.1:11; 1 Tim.2:8. 24 Atti 10:2. 25 Mt.6:11; Salm 55:17. 26 Mt.6:6. 27 Eb.10:25; Atti 2:42. 7. Bhalma hi l-ligi tan-natura li generalment proporzjon ta' hin, skond il-hatra t'Alla, ghandu jkun imwarrab ghall-qima tieghu, hekk Hu ta fil-Kelma kmandament pozittiv, morali u perpetwu, li jobbliga lill-bnedmin kollha f'kull zmien ghal dan il-ghan. Partikolarment hatar jum wiehed minn sebgha bhala sabat biex jinzamm qaddis ghalih.28 Mill-bidu tad-dinja sal-qawmien ta' Kristu dan kien l-ahhar jum tal-gimgha, u mill-qawmien ta' Kristu kien mibdul ghall-ewwel jum tal-gimgha u msejjah Jum il-Mulej.29 Dan ghandu jissokta sa tmiem id-dinja bhala s-Sabat Kristjan, billi l-osservanza ta' l-ahhar jum tal-gimgha kienet abolita. 28 Ez.20:8. 29 1 Kor.16:1-2; Atti 20:7; Riv.1:10. 8. Is-Sabat jinzamm qaddis ghall-Mulej minn dawk li wara t-thejjija mehtiega ta' qlubhom u l-arrangamenti minn qabel tal-hidma komuni taghhom, josservaw il-jum kollu bhala mistrieh qaddis mix-xoghlijiet taghhom stess, mill-kliem u l-hsibijiet dwar l-impjieg tad-dinja u r-rikreazzjonijiet taghhom,30 u jaghtu lilhom infushom ghall-atti pubblici u privati ta' qima l-hin kollu, u jwettqu doveri ta' necessita’ u hniena.3130 Isa.58:13; Neh.13:15-22. 31 Mt.12:1-13. 23. Half u Voti Legittmi 1. Halfa legittma hi att ta' qima religjuza; biha l-persuna li tahlef bil-verita’, gustizzja u gudizzju, solennament issejjah lil Alla biex jixhed dak li tahlef,1 u jiggudikaha skond il-verita’ jew falsita’ taghha.1 1 Ez.20:7; Dewt.10:20; Ger.4:2. 2 2 Kron.6:22-23. 2. Biss bl-isem t'Alla tista' halfa gusta tkun mahlufa, u biss jekk tkun uzata bl-akbar biza' t'Alla u reverenza. Ghaldaqstant, meta tahlef fieragh jew bl-addocc bl-isem glorjuz u imponenti t'Alla, jew meta tahlef bi kwalunkwe isem jew haga ohra, hu att midneb, u ghandu jkun stmat b'disgust u detestazzjoni.3 Imma fi hwejjeg ta' gravita’ jew konsegwenza, ghall-konferma tal-verita’, u ghat-temma tat-tilwim, il-halfa hi sanzjonata mill-Kelma t'Alla.4 Ghalhekk, hu permess tahlef halfa legittma imponuta minn awtorita’ legittma fit-tali cirkostanzi.5 3 Mt.5:34-37; Gak.5:12. 4 Eb.6:16; 2 Kor.1:23. 5 Neh.13:25. 3. Kull min jahlef halfa sanzjonata mill-Kelma t'Alla huwa obbligat jikkonsidra t-toqol ta' att daqstant solenni, u jafferma jew jistqarr biss dak li jaf li hu veru. Ghax bi hlif bla kont, falz u vanituz, il-Mulej hu provokat, u minhabba f'hekk l-art titbekka.6 6 Lev.19:12; Ger.23:10. 4. Halfa ghandha ssir fis-sens car u komuni tal-kelma, minghajr ekwivocita’ jew rizerva mentali.7 7 Salm 24:4. 5. Vot m'ghandux ikun maghmul lil xi kreatura, imma lil Alla biss; ghandu jsir u jitwettaq bl-ikbar attenzjoni u fedelta’.8 Imma voti monastici (bhal fil-Knisja ta' Ruma) ta' hajja celibi perpetwa,9 pretensjonijiet ta' faqar10 u ubbidjenza regolari, mhux talli mhumiex gradi ta' perfezzjoni oghla, izda huma nsabi superstizzjuzi u midinba, hekk li ebda Kristjan m'ghandu jithabbel fihom.11 8 Salm 76:11; Gen.28:20-22. 9 1 Kor.7:2,9. 10 Ef.4:28. 11 Mt.19:11. 24. L-Awtorita’ Civili 1. Alla, is-Sid suprem u Sultan tad-dinja kollha, hatar l-awtoritajiet civili biex ikunu tahtu, u fuq in-nies, ghall-glorja tieghu stess u l-gid pubbliku. Ghal dan il-ghan armahom bis-setgha tas-sejf, ghad-difiza u l-enkoraggiment ta' dawk li jaghmlu s-sewwa, u ghall-kastig tal-malefatturi.1 1 Rum.13:1-4. 2. Huwa legittmu ghall-Insara li jaccettaw u jwettqu d-dmirijiet ta' kariga pubblika meta jissejhu ghal dan. Fil-qadi tat-tali vokazzjoni huma partikolarment responsabbli biex imantnu l-haqq u s-sliem2 bl-applikazzjoni ta' ligijiet salutari tan-nazzjon. Biex izommu l-gustizzja u l-paci, jistghu wkoll legittimament (taht it-Testment il-Gdid) jingaggaw fi gwerra jekk tkun gusta u essenzjali.3 2 2 Sam.23:3; Salm 82:3-4. 3 Lq.3:14. 3. Peress li l-gvernijiet huma stabbiliti minn Alla ghall-ghanijiet diga’ definiti, imissna nkunu sottomessi ghal-legislazzjoni legittma kollha taghhom bhala parti mill-ubbidjenza taghna lejn Alla, mhux biss biex niskansaw il-kastig, izda wkoll minhabba l-kuxjenza.4 Imissna wkoll noffru suppliki u talb ghall-hakkiema u dawk kollha li jinsabu fl-awtorita’ biex tahthom nghixu hajja kwieta u sielma, fit-tjieba u l-onesta’ kollha.5 4 Rum.13:5-7; 1 Pt.2:17. 5 1 Tim.2:1-2. 25. Iz-Zwieg 1. Iz-zwieg ghandu jkun bejn ragel wiehed u mara wahda. Mhux sewwa ghal kwalunkwe ragel li jkollu izjed minn mara wahda, lanqas ghal kwalunkwe mara li jkollha izjed minn ragel wiehed fl-istess hin.1 1 Gen.2:24; Mal.2:15; Mt.19:5-6. 2. Alla waqqaf iz-zwieg ghall-ghajnuna reciproka tar-ragel u l-mara,2 ghat-tkattir ta' l-umanita’ b'nisel legittmu,3 u ghall-privenzjoni ta' l-immoralita’.4 2 Gen.2:18. 3 Gen.1:28. 4 1 Kor.7:2,9. 3. Huwa legittmu ghal kull tip ta' nies li jizzewwgu jekk ikunu kapaci jaghtu l-kunsens razzjonabbli taghhom.5 Imma huwa d-dmir ta' l-Insara li jizzewwgu fil-Mulej,6 u ghalhekk dawk li jipprofessaw il-vera religjon m'ghandhomx jizzewgu infidili jew idolatri. Il-fidili lanqas m'ghandhom ikunu marbuta b'madmad mhux indaqs billi jizzewwgu ma' dawk hziena f'hajjithom jew li jhaddnu taghlim eretiku kkundannat ghall-haqq.7 5 Eb.13:4; 1 Tim.4:3. 6 1 Kor.7:39. 7 Neh.13:25-27. 4. Iz-zwieg m'ghandux ikun fil-gradijiet ta' konsangwinita’ jew affinita’ michuda fil-Kelma;8 zwigijiet incestuzi bhal dawn qatt ma jistghu jkunu maghmulin legittmi b'xi ligi tal-bniedem jew kunsens ta' partijiet biex hekk it-tali persuni jghammru flimkien bhala ragel u martu.9 8 Lev.18. 9 Mk.6:18; 1 Kor.5:1. 26. Il-Knisja 1. Il-Knisja universali, li tista' tissejjah invizibbli (inkwantu l-hidma interna ta' l-Ispirtu u l-verita’ tal-grazzja) tikkonsisti fl-ghadd shih tal-maghzulin, dawk kollha li kienu, huma, jew ghad ikunu migbura f'wiehed taht Kristu, li hu r-Ras. Din il-Knisja universali hi l-mara, il-gisem, il-milja ta' Dak li jimla kollox b'kollox. 1 Eb.12:23; Kol.1:18; Ef.1:10,22-23; 5:23-32. 2. In-nies kollha mad-dinja li jipprofessaw il-fidi ta' l-Evangelju u l-ubbidjenza lejn Kristu skond l-istess Evangelju, u li ma jeqirdux il-professjoni taghhom bi kwalunkwe errur li jikkontradixxi jew jaqleb id-dottrini fondamentali ta' l-Evangelju, jew b'imgieba mistkerrha, huma qaddisin vizibbli u nistghu nistmawhom hekk.2 Il-kongregazzjonijiet individwali kollha ghandhom ikunu kostitwiti mit-tali nies.3 2 1 Kor.1:2; Atti 11:26. 3 Rum.1:7; Ef.1:20-22. 3. Il-knejjes l-izjed safja taht is-sema huma suggetti ghat-tahlit u l-izball,4 u xi whud tant iddigeneraw li hedew milli jkunu knejjes ta' Kristu u saru sinagogi ta' Satana.5 Madankollu Kristu minn dejjem kellu, u dejjem jibqa' jkollu (sa tmiem iz-zmien) saltna f'din id-dinja, komposta minn dawk li jemmnu fih, u jipprofessaw lil ismu.6 4 1 Kor.5; Riv.2 & 3. 5 Riv.18:2; 2 Tess.2:11-12. 6 Mt.16:18; Salm 72:17; Salm 102:28; Riv.12:17. 4. Il-Mulej Gesu’ Kristu hu Ras il-Knisja. Fih, bil-hatra tal-Missier, hija investita b'manjiera suprema u sovrana kull awtorita’ ghas-sejha, l-istituzzjoni, l-ordni, jew il-gvern tal-Knisja.7 Il-Papa ta' Ruma f'ebda sens ma jista' jkun kap tal-Knisja, imma huwa dak l-antikrist, dak il-bniedem tad-dnub, u bin it-telfien, li jezalta lilu nnifsu fil-knisja kontra Kristu u kulma hu msejjah Alla, li l-Mulej ghad jiddestruggi bid-dija tal-migja tieghu.8 7 Kol.1:18; Mt.28:18-20; Ef.4:11-12. 8 2 Tess.2:1-10. 5. Fl-ezercizzju ta' l-awtorita’ fdata lilu, il-Mulej Gesu’ jsejjah ghalih innifsu mid-dinja, permezz tal-ministeru tal-Kelma, bl-Ispirtu tieghu, lil dawk moghtija lilu mill-Missier,9 biex hekk jimxu quddiemu fil-moghdijiet kollha ta' l-ubbidjenza li jippreskrivilhom fil-Kelma tieghu.10 Dawk hekk imsejha, jikkmandahom jimxu flimkien f'socjetajiet jew knejjes partikolari, ghall-edifikazzjoni reciproka u ghat-twettiq xieraq ta' dik il-qima pubblika li jirrekjiedi minnhom fid-dinja.11 9 Gw.10:16; 12:32. 10 Mt.28:20. 11 Mt.18:15-20. 6. Il-membri ta' dawn il-knejjes huma qaddisin ghaliex kienu msejha minn Kristu, u ghax vizibbilment jimmanifestaw u jaghtu evidenza ta' l-ubbidjenza taghhom ghal dik il-vokazzjoni bil-professjoni u l-mixja taghhom.12 It-tali qaddisin voluntarjament jaghtu l-kunsens taghhom biex jimxu flimkien skond l-istruzzjonijiet ta' Kristu, billi jaghtu lilhom infushom lill-Mulej u lil xulxin, skond ir-rieda t'Alla, f'sottomissjoni mistqarra ghall-ordnijiet ta' l-Evangelju.13 12 Rum.1:7; 1 Kor.1:2. 13 Atti 2:41-42; 5:13-14; 2 Kor.9:13. 7. Lil kull wahda minn dawn il-knejjes hekk migbura, skond hsieb il-Mulej kif dikjarat f'Kelmtu stess, ta kull setgha u awtorita’ li bi kwalunkwe mod jirrekjiedi minnhom biex isegwu l-forma ta' qima u dixxiplina li waqqaf ghalihom biex josservaw. Ta wkoll il-kmandamenti u regoli kollha ghall-ezercizzju xieraq u tajjeb ta' din is-setgha.1414 Mt.18:17-18; 1 Kor.5:4-5; 5:13; 2 Kor.2:6-8. 8. Knisja partikolari, migbura u organizzata kompletament skond il-hsieb ta' Kristu, tikkonsisti f'ufficcjali u membri. L-ufficcjali mahtura minn Kristu biex ikunu maghzula u mwarrba mill-knisja huma l-isqfijiet (imsejha wkoll presbiteri) u d-djakni. Dawn ghandhom ikunu mahtura ghall-amministrazzjoni pekuljari ta' l-ordinanzi u l-ezekuzzjoni tas-setgha jew dmir li fdalhom il-Mulej u li ghalihom sejhilhom. Dan l-arrangament ghall-ordni tal-knisja ghandu jissokta sa tmiem id-dinja.15 15 Atti 20:17,28; Fil.1:1. 9. Il-mod mahtur minn Kristu ghas-sejha ta' kwalunkwe persuna kwalifikata u moghnija mill-Ispirtu s-Santu ghall-kariga ta' isqof jew presbiteru fi knisja, hu li ghandu jinghazel bil-kunsens komuni u l-vot tal-knisja nfisha.16 It-tali ghandu jkun imwarrab solennament bis-sawm u t-talb, bit-tqeghid ta' l-idejn tal-presbiterju tal-knisja (jekk ikun hemm presbiteru jew presbiteri mahtura minn qabel).17 Il-mod ta' Kristu ghas-sejha ta' djaknu hu wkoll li jkun maghzul bil-kunsens komuni u l-vot tal-knisja u mwarrab bit-talb, bit-tqeghid ta' l-idejn.18 16 Atti 14:23. 17 1 Tim.4:14. 18 Atti 6:3-6. 10. Peress li x-xoghol tar-rghajja huwa li jiddedikaw lilhom infushom kostantement ghas-servizz ta' Kristu fil-knejjes tieghu bil-ministeru tal-Kelma u t-talb, u jghassu lill-erwieh billi jridu jaghtu kont lilu,19 il-knejjes li fihom jaqdu ghandhom obbligu jaghfas fuqhom biex juruhom mhux biss kull rispett xieraq, imma wkoll jaghtuhom kontribut mill-gid materjali kollu taghhom, skond l-abbilta’ taghhom.2 Dan ghandu jsir biex hekk ir-rghajja jkollhom provvista konfortabbli u ma jkollhomx ghalfejn jinstarmu f'affarijiet sekulari,21 u jkunu wkoll kapaci jezercitaw l-ospitalita’ lejn haddiehor.22 Dan kollu tirrekjedih il-ligi tan-natura kif ukoll il-kmand esplicitu ta' Sidna Gesu’, li hatar li min ixandar l-Evangelju ghandu jghix bl-Evangelju.23 19 Atti 6:4; Eb.13:17. 20 1 Tim.5:17-18; Gal.6:6-7. 21 2 Tim.2:4. 22 1 Tim.3:2. 23 1 Kor.9:6-14. 11. Ghalkemm il-presbiteri jew rghajja tal-knejjes huma obbligati jippridkaw urgentament il-Kelma skond il-kariga taghhom, madankollu l-proklamazzjoni mhix limitata esklussivament ghalihom. Ghalhekk ohrajn moghnija u maghmula kompetenti mill-Ispirtu s-Santu ghall-hidma, u li huma approvati u msejha mill-knisja, jistghu u jmisshom ihaddmu d-don taghhom.24 24 Atti 11:19-21; 1 Pt.4:10-11. 12. Il-fidili kollha ghandhom dover jinghaqdu ma' knejjes partikolari meta u fejn ikollhom l-opportunita’ jaghmlu dan. Dawk kollha mdahhla fil-privileggi ta' knisja jinsabu wkoll taht it-twiddib u l-gvern taghha skond ir-regola ta' Kristu.2525 1 Tess.5:14; 2 Tess.3:6,14-15. 13. Ebda membru fil-knisja, minhabba kwalunkwe offiza kontra tieghu minn membru siehbu, ladarba jkun wettaq id-dmir preskritt lejn il-persuna li tkun ikkawzat l-offiza, ma jista' jiddisturba l-ordni tal-knisja b'xi mod, jew jassenta ruhu mil-laqghat jew l-amministrazzjoni ta' l-ordinanzi minhabba offiza bhal din. Ghall-kuntrarju, ghandu jistrieh fuq Kristu ghal aktar procedimenti fil-knisja.26 26 Mt.18:15-17; Ef.4:2-3. 14. Il-membri kollha ta' kull knisja lokali huma obbligati jitolbu konstantement ghall-gid u l-prosperita’ tal-knejjes kollha ta' Kristu kullimkien,27 u jassistu lil kull min jigi fid-distrett jew sejha taghhom, bl-ezercizzju tad-doni u l-grazzji taghhom. Allura meta l-knejjes ikunu mhawwla bit-tjieba t'Alla jmisshom ukoll izommu xirka bejniethom biex jippromwovu l-paci, l-imhabba dejjem toktor u edifikazzjoni reciproka hekk kif u meta jgawdu l-opportunita’ biex jaghmlu dan ghall-beneficcju taghhom.28 27 Ef.6:18; Salm 122:6. 28 Rum.16:1-2; 3 Gw.8-10. 15. F'kazijiet ta' diffikoltajiet jew differenzi, sew f'materja ta' dottrina jew amministrazzjoni, li jikkoncernaw il-knejjes generalment jew kwalunkwe knisja wahda, u li jaffettwaw is-sliem, l-unjoni, u l-edifikazzjoni taghhom, kif ukoll meta kwalunkwe membri ta' knisja huma ingurjati minhabba xi procedimenti dixxiplinarji mhux konsistenti mal-Kelma jew ordni korretta, huwa skond il-hsieb ta' Kristu, li hafna knejjes li jzommu komunjoni flimkien, permezz tar-rapprezentanti mahtura taghhom, jiltaqghu biex iqisu u jaghtu l-parir taghhom dwar il-materja disputata, u jirrapportaw lura lill-knejjes kollha kkoncernati.29 Madankollu, meta dawn ir-rapprezentanti jkunu f'assemblea, mhumiex fdati b'xi qawwa reali tal-knisja, jew b'xi gurisdizzjoni fuq il-knejjes involuti fil-problema. Ma jisghux jezercitaw xi censura fuq xi knejjes jew persuni, jew jimponu l-konkluzjoni taghhom fuq il-knejjes jew l-ufficcjali taghhom.30 29 Atti 15:2-6,22-25. 30 2 Kor.1:24; 1 Gw.4:1. 27. Ix-Xirka tal-Qaddisin 1. Il-qaddisin kollha maghqudin ma' Gesu’ Kristu, ir-Ras taghhom, bl-Ispirtu tieghu, u bil-fidi, ghalkemm b'daqshekk mhumiex maghmulin persuna wahda mieghu, ghandhom xirka fil-grazzji, is-sofferenzi, il-mewt, ir-rezurrezzjoni, u l-glorja tieghu.1 Barra minn hekk, uniti ma' xulxin fl-imhabba, igawdu komunjoni fid-doni u l-grazzji ta' xulxin,2 u huma obbligati jwettqu bl-ordni t-tali doveri pubblici u privati li jwasslu ghall-gid reciproku ta' xulxin, kemm spiritwalment kif ukoll fizikament.3 1 1 Gw.1:3; Gw.1:16; Fil.3:10; Rum.6:5-6. 2 Ef.4:15-16; 1 Kor.12:7; 3:21-23. 3 1 Tess.5:11,14; Rum.1:12; 1 Gw.3:17-18; Gal.6:10. 2. Il-qaddisin, bil-professjoni taghhom, huma impenjati jmantnu xirka u komunjoni qaddisa fil-qima t'Alla u jwettqu s-servizzi spiritwali l-ohra li javvanzaw l-edifikazzjoni reciproka taghhom.4 Ghandhom ukoll iwieznu lil xulxin fi hwejjeg temporali skond il-htigijiet varji taghhom u l-abbiltajiet biex iwiegbu ghalihom.5 Din il-komunjoni jew xirka, ghalkemm ezercitata principalment mill-qaddisin fic-cirku immedjat taghhom ta' fidili bhalma huma l-familji6 u knejjes,7 ghandha tkun estiza (skond ir-regola ta' l-Evangelju) ghad-dar kollha tal-fidi, skond kif Alla jaghti l-opportunita’. Dan ifisser dawk kollha li f'kull lok isejjhu isem il-Mulej Gesu’. Madankollu, il-komunjoni taghhom ma' xulxin bhala qaddisin la tinnega u lanqas tippriva lill-individwu milli jippossiedi gid u beni.8 4 Eb.10:24-25; 3:12-13. 5 Atti 11:29-30. 6 Ef.6:4. 7 1 Kor.12:14-27. 8 Atti 5:4; Ef.4:28. 28. Il-Maghmudija u l-Ikla tal-Mulej 1. Il-Maghmudija u l-Ikla tal-Mulej huma ordinanzi ta' istituzzjoni esplicita u sovrana, mahtura mis-Sid Gesu’, l-uniku legislatur, biex jissoktaw fil-Knisja tieghu sa tmiem id-dinja.11 Mt.28:19-20; 1 Kor.11:26. 2. Dawn l-ordinanzi qaddisa ghandhom ikunu amministrati biss minn dawk kwalifikati u msejha biex jamministrawhom, skond il-kummissjoni ta' Kristu.2 2 Mt.28:19; 1 Kor.4:1. 29. Il-Maghmudija 1. Il-Maghmudija hi ordinanza tal-Patt il-Gdid, imwaqqfa minn Gesu’ Kristu, biex tkun ghall-imghammed sinjal tax-xirka tieghu ma' Kristu fil-mewt u l-qawmien tieghu, tat-tlaqqim tieghu fi Kristu,1 tal-mahfra tad-dnubiet,2 u ta' l-ghoti ta' dik il-persuna taghha nfisha lil Alla, permezz ta' Gesu’ Kristu, biex tghix u timxi fit-tigdid tal-hajja.3 1 Rum.6:3-5; Kol.2:12; Gal.3:27. 2 Mk.1:4; Atti 22:16. 3 Rum.6:4. 2. Dawk li attwalment jipprofessaw l-indiema lejn Alla, fidi f'Sidna Gesu’ Kristu, u ubbidjenza lejh, huma l-unici kandidati xierqa ghal din l-ordinanza.4 4 Mk.16:16; Atti 8:36-37; 2:41; 8:12; 18:8. 3. L-element estern li ghandu jintuza ghal din l-ordinanza huwa l-ilma, li fih il-persuna ghandha tkun mghammda fl-isem tal-Missier, u ta' l-Iben, u ta' l-Ispirtu s-Santu.5 5 Mt.28:19-20; Atti 8:38. 4. L-immersjoni - it-tghaddis tal-persuna fl-ilma - hija necessarja ghall-amministrazzjoni xierqa ta' din l-ordinanza.6 6 Mt.3:16; Gw.3:23. 30. L-Ikla tal-Mulej 1. L-Ikla tal-Mulej Gesu’ kienet imwaqqfa minnu f'dak l-istess lejl li fih kien tradut biex tkun osservata fil-knejjes tieghu sa tmiem id-dinja bhala t-tfakkira perpetwa, u t-tnedija tas-sagrificcju tieghu nnifsu f'mewtu.1 Kristu waqqafha wkoll biex jikkonferma l-fidili fil-beneficcju kollha ta' mewtu; ghan-nutriment spiritwali taghhom u l-kobor fih; ghall-ingagg aktar kotran taghhom u l-impenn ghad-dmirijiet kollha li jmisshom juruh; u biex tkun rabta u plegg tal-komunjoni taghhom mieghu u mal-fidili shabhom.1 1 1 Kor.11:23-26. 2 1 Kor.10:16-21. 2. F'din l-ordinanza Kristu mhux offrut lil Missieru, u lanqas ma jsir xi sagrificcju reali ghall-mahfra tad-dnub (tal-hajjin jew tal-mejtin). Hemm biss kommemorazzjoni ta' dik id-debha wahda ta' Kristu tieghu nnifsu fuq is-salib darba ghal dejjem;3 it-tifkira hi akkumpanjata b'oblazzjoni spiritwali ta' kull tifhir possibbli lil Alla ghall-Kalvarju.4 Ghalhekk, is-sagrificcju Kattoliku Ruman tal-quddiesa, kif isejhulha, hu mill-aktar abominabbli, peress li hu ingurjuz ghas-sagrificcju ta' Kristu nnifsu, li hu l-uniku propizjazzjoni ghad-dnubiet kollha tal-mahturin.4 3 Eb.9:25-28. 4 1 Kor.11:24; Mt.26:26-28. 3. Il-Mulej Gesu’, f'din l-ordinanza, hatar lill-ministri tieghu biex jitolbu u jbierku l-elementi tal-hobz u l-inbid (u hekk iwarrbuhom minn uzu komuni ghal wiehed qaddis) u biex jiehdu u jaqsmu l-hobz, imbaghad jaqbdu l-kies, u jaghtuhom it-tnejn lill-komunikanti, filwaqt li jiehdu sehem huma wkoll.55 1 Kor.11:23-26. 4. Ic-cahda tal-kies lin-nies, il-prattici li tinghata qima lill-elementi, u l-irfigh taghhom jew il-garr taghhom ghall-adorazzjoni, jew l-irrizervar taghhom ghal kwalunkwe uzu taparsi religjuz, huma lkoll kuntrarji ghan-natura ta' din l-ordinanza u ghall-istituzzjoni ta' Kristu.6 6 Mt.26:26-28; 15:9; Ez.20:4-5. 5. L-elementi esterni f'din l-ordinanza li korrettament huma mwarrba u wzati kif hatar Kristu, tant jesibuh mill-qrib bhala mislub, illi kultant verament (imma figurattivament) huma riferuti fit-termini tal-hwejjeg li jirrapprezentaw, jigifieri l-gisem u d-demm ta' Kristu.7 Madankollu fis-sustanza u n-natura jibqghu xorta wahda biss hobz u nbid veri bhalma kienu qabel.8 7 1 Kor.11:27. 8 1 Kor.11:26-28. 6. Id-dottrina generalment imsejha transustanzjazzjoni, li tishaq li ssehh bidla mis-sustanza tal-hobz u l-inbid ghas-sustanza tal-gisem u d-demm ta' Kristu, meta jkunu kkonsagrati minn qassis jew bi kwalunkwe mod iehor, hi mistkerrha mhux biss fid-dawl ta' l-Iskrittura9 imma sahansitra ghas-sens komun u r-raguni. Taqleb in-natura ta' l-ordinanza, u kienet u ghadha l-kawza ta' bosta superstizzjonijiet u idolatriji sfaccati.10 9 Atti 3:21; Lq.24:6,39. 10 1 Kor.11:24-25. 7. Ir-ricevituri denji, li esternament jiehdu mill-elementi vizibbli f'din l-ordinanza, jircevuhom ukoll internament u spiritwalment bil-fidi, verament u fil-fatt, imma mhux karnalment u korporalment, u jitimghu fuq Kristu msallab u l-beneficcji kollha ta' mewtu. Il-gisem u d-demm ta' Kristu mhux prezenti korporalment jew karnalment imma hu spiritwalment prezenti ghall-fidi tal-kredenti fl-ordinanza, bhalma l-elementi huma prezenti ghas-sensi esterni taghhom.11 11 1 Kor.10:16; 11:23-26. 8. In-nies injoranti u hziena kollha li mhumiex xierqa igawdu komunjoni ma' Kristu huma ugwalment indenji tal-Mejda tal-Mulej, u ghaldaqstant ma jistghux, minghajr dnub kbir kontra tieghu, jiehdu sehem minn dawn il-misterji qaddisa jew jithallew jiehdu mill-Ikla, sakemm jibqghu f'dik il-qaghda.12 Tabilhaqq, dawk li jircievu l-elementi indenjament huma hatja tal-gisem u d-demm tal-Mulej, billi jieklu u jixorbu gudizzju ghalihom infushom.13 12 2 Kor.6:14-15. 13 1 Kor.11:29; Mt.7:6. 31. L-Istat tal-Bniedem Wara l-Mewt u r-Rezurrezzjoni 1. Mal-mewt l-igsma tal-bnedmin jirritornaw lejn it-trab u jithassru;1 imma l-erwieh taghhom, li la jmutu u lanqas jorqdu, billi ghandhom sussistenza immortali, minnufih jergghu lura ghand Alla li tahom.2 L-erwieh tal-gusti mbaghad huma maghmulin perfetti fil-qdusija, jintlaqghu fil-Genna fejn ikunu ma' Kristu, u jharsu lejn wicc Alla fid-dawl u l-glorja, filwaqt li jistennew il-fidwa shiha ta' l-igsma taghhom.3 L-erwieh tal-hziena jinxtehtu fl-Infern fejn jibqghu fit-turment u taht id-dlam, rizervati ghall-gudizzju tal-jum il-kbir.4 L-Iskrittura ma tammetti ebda post iehor barra dawn it-tnejn ghall-erwieh separati mill-igsma taghhom. 1 Gen.3:19; Atti 13:36. 2 Ekk.12:7. 3 Lq.23:43; 2 Kor.5:1,6-8; Fil.1:23; Eb.12:23. 4 Guda 6-7; 1 Pt.3:19; Lq.16:23-24. 2. Fl-ahhar jum il-qaddisin li jkunu ghadhom hajjin ma jorqdux imma jkunu mibdula.5 U l-mejtin kollha jitqajjmu bl-istess igsma taghhom, u mhux ohrajn,6 ghalkemm bi kwalitajiet differenti, u dawn l-igsma jergghu jkunu maghquda ma' l-erwieh taghhom ghal dejjem.7 5 1 Kor.15:51-52; 1 Tess.4:17. 6 Gob 19:26-27. 7 1 Kor.15:42-43. 3. Bis-setgha ta' Kristu l-igsma ta' l-ingusti ghad jitqajjmu ghad-dizunur. L-igsma tal-gusti, bl-Ispirtu tieghu, ghad ikunu mqajjma ghall-gieh, u jkunu maghmulin konformi mal-gisem glorjuz tieghu.8 8 Atti 24:15; Gw.5:28-29; Fil.3:21. 32. L-Ahhar Gudizzju 1. Alla hatar jum li fih ghad jiggudika d-dinja bil-gustizzja permezz ta' Gesu’ Kristu,1 li lilu nghataw kull setgha u gudizzju mill-Missier. F'dan il-jum mhux biss l-angli apostati jkunu ggudikati,2 imma wkoll in-nies kollha li qatt ghexu fuq l-art. Ghad jidhru quddiem it-tribunal ta' Kristu biex jaghtu kont ta' hsibijiethom, kliemhom u ghemilhom, u jircievu skond ma jkunu ghamlu meta kienu fil-gisem, sew tajjeb inkella hazin.3 1 Atti 17:31; Gw.5:22,27. 2 1 Kor.6:3; Guda 6. 3 2 Kor.5:10; Ekk.12:14; Mt.12:36; Rum.14:10-12; Mt.25:32-46. 2. L-iskop ghala Alla hatar dan il-jum huwa biex jimmanifesta l-glorja tal-hniena tieghu fis-salvazzjoni eterna tal-maghzulin, kif ukoll il-gustizzja tieghu fid-dannazzjoni eterna tar-reprobati, li huma hziena u dizubbidjenti.4 Imbaghad il-gusti jmorru fil-hajja eterna u jircievu dik il-milja ta' l-hena u sebh bi premju dejjiemi fil-prezenza tal-Mulej. Imma l-hziena, li ma jafux lil Alla u ma jobdux l-Evangelju ta' Gesu’ Kristu, jintefghu fil-genb fi pwieni dejjiema,5 u jkunu kkastigati b'qirda eterna mill-prezenza tal-Mulej u mill-glorja ta' setghetu.6 4 Rum.9:22-23. 5 Mt.25:21,34; 2 Tim.4:8. 6 Mt.25:46; Mk.9:48; 2 Tess.1:7-10. 3. Bhalma Kristu jridna nkunu certament perswaditi li ghad ikun hemm jum ta' haqq, kemm biex ixekkel lill-bnedmin kollha mid-dnub7 u biex jaghti konsolazzjoni akbar lit-tajbin fl-avversita’ taghhom,8 hekk ukoll irid li d-data ta' dak il-jum tinzamm mistura mill-bnedmin, biex ifarfru minnhom infushom kull sigurta’ karnali, u jghassu dejjem, ghax ma jafux f'liema siegha l-Mulej ghad jigi.9 Ukoll, biex il-bnedmin ikunu affettwati b'tali mod li dejjem jghidu, 'Ejja, Mulej Gesu’; ejja malajr!'10 Amen.7 2 Kor.5:10-11. 8 2 Tess.1:5-7. 9 Mk.13:35-37; Lq.12:35-40. 10 Riv.22:20. |
|
English | Maltese | Kitba Evangelika | Email |